Cynergi Depiro jtemmu l-ewwel round fl-ewwel post

Monday, January 23, 2017, 17:24

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Bupa Luxol 107

Hibernians 79

(26-25)(24-18)(23-20)(34-16)

Bupa Luxol komplew isaħħu posthom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika bit-tielet rebħa fil-kampjonat u t-tieni waħda konsekuttiva. Huma għelbu lil Hibernians 107-79 biex il-Pawlisti temmew l-ewwel round mingħajr rebħa fil-kampjonat għalkemm fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla għandhom il-finali tal-BOV Knock out kontra Gżira Athleta. Luxol irkupraw lil CJ Cordina u Dean Meli fil-waqt li Hibs kellhom lura lil Simon Attard però kienu mingħajr Stefan Vella. Fil-ftuħ tal-partita kien Samuel Deguara li bit-tul u s-saħħa tiegħu iddomina l-attakk u kiseb 8 punti konsekuttivi. Luxol komplew b’żewġ trippli minn Pierce Cumpstone u Jean Paul Schembri u marru 10 minn fuq. Hibs bdew inaqqsu d-distakk bil-mod speċjalment minn Marco Matijevic u d-dħul ta’ Fabrizio Mariani però Deguara kompla għaddej bil-punti u Luxol żammew il-vantaġġ sa’ tmiem it-taqsima 26-25. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibs ħadu l-vantaġġ wara basket minn Matijevic però ftit damu jgawdu l-vantaġġ hekk kif Deguara poġġa lil Luxol għal darb’oħra fuq quddiem. Luxol komplew bi break ta’ 10-2 bil-punti ta’ William Ahlberg qabel ma Hibs kellhom il-punti ta’ Alvaro Lizaur u Paul Attard. Qabel intemmet it-taqsima, Ahlberg għamel l-ewwel trippla tiegħhu biex Luxol daħlu jistrieħu 50-43 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm bidu tajjeb minn Hibs bil-punti ta’ Attard u Matijevic. Luxol wieġbu b’run ta’ 11-2 bit-trippli ta’ Ahlberg u Cumpsone. Hibs komplew jitħabtu però t-three pointers ta’ Luxol komplew ġejjin minn Ahlberg u Cumpsone flimkien ma’ Deguara biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 73-63. Fl-aħħar taqsima, Luxol kellhom aktar three pointers u rduppjaw id-distakk 88-68. L-aħħar sforz ta’ Hibs wasal minn żewġ three pointers ta’ Lizaur u Adrian Micallef iżda l-vantaġġ ta’ Luxol baqa’ komdu 93-77. Luxol għalqu l-partita b’run oħra ta’ 14-2 biex għaqqdu l-mitt punt permezz ta’ Ahlberg u ħarġu rebbieħa 107-79.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 8, M. Mercieca, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 3, K. Dimech 5, W. Ahlberg 31, P. Cumpstone 22, S. Deguara 34, S. Cappello 4.

Hibernians: P. Attard 4, M. Houmpton, E. Xuereb 4, L. Farrugia 7, S. Attard, I. Bonett 3, K. Sultana, A. Micallef 8, M. Matijevic 26, M. Laferla, F. Mariani 10, A. Lizaur 17.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Farrugia.

Cynergi Depiro 72

Floriana MCP Car Parks 68

(15-10)(22-18)(13-14)(22-24)

Iż-żewġ timijiet riedu rebħa biex itemmu l-ewwel round fl-ewwel post u finaliment kienu t-team ta’ Cynergi Depiro li ħadu r-rebħa kontra Floriana MCP Car Parks 72-68 biex telgħu waħedhom f’ras il-klassifika. Iż-żewġ timijiet ma kellhom l-ebda nuqqas fil-formazzjoni tagħhom. Wara bidu bilanċjat u baskets fuq kull naħa, Depiro kellhom ta’ 11-4 bil-punti ta’ David Bugeja u DJ Mason u marru 15-8 minn fuq. Qabel intemmet it-taqsima, Floriana kellhom żewġ baskets minn Chad Patus u Nikola Vasovic għal skor ta’ 15-12. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Patus kompla bil-punti fosthom trippla biex poġġa lil Floriana fuq quddiem. Depiro reġgħu wieġbu bi break ta’ 11-2 bi trippla ta’ Andrew Aquilina. Floriana waqqfuhom bil-baskets minn Anton Axiaq u Nick Andrejevic iżda run oħra ta’ 9-2 bi trippla ta’ Mason rat lil Depiro jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti 35-25. Floriana kellhom trippla minn Andrejevic però Depiro daħlu jistrieħu 37-30 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Depiro bdew b’5 punti ta’ Mason iżda Floriana wieġbu b’run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Shawn Pace. Punti ta’ Bugeja ħallew lil Depiro fuq quddiem sa’ tmiem is-sessjoni 50-44. Fl-aħħar taqsima, Floriana waslu sa’ basket ‘l bogħod wara punti minn Patus u Axiaq. Depiro rrispondew b’run ta’ 9-3 u wara punti ta’ Clayton Calleja għal Floriana, Depiro reġgħu marru 10 minn fuq bi trippla ta’ Kurt Xuereb. Floriana ma ċedewx u reġgħu naqqsu d-distakk għal 3 punti wara baskets minn Patus u Axiaq. Floriana ppruvaw iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls iżda l-free-throws ta’ Aquilina u Mason ħallew lil Depiro fuq quddiem sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 72-68.

Cynergi Depiro: S. Sammut, D. Bugeja 18, R. Bonnici 2, D. Schembri, A. Aquilina 15, DJ Mason 27, T. Zammit, M. Mallia, A. Queiros 2, K. Xuereb 8, M. Borg, D. Scafidi.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 17, S. Pace 3, S. Borg, N. Vasovic 7, C. Calleja 13, A. Axiaq 17, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic 11.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Christine Farrugia.

 

Starlites

Gżira Athleta

Din il-partita twaqqfet fl-intervall minħabba l-kundizzjoni prekarja tal-art. Sa’ dak il-ħin Gżira Athleta kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 52-32 wara li kienu temmew l-ewwel taqsima 25-18 fuq quddiem.

Il-partita titkompla f’data li għad trid tiġi stabbilita mill-Malta Basketball Association.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Cynergi Depiro

5

4

1

9

366

336

Bupa Luxol

5

3

2

8

378

350

Floriana MCP Car Parks

5

3

2

8

404

373

Gżira Athleta

4

2

2

6

270

270

Starlites

4

2

2

6

328

359

Hibs

5

0

5

5

391

449

 





Leave a comment