- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Cynergi Depiro jieħdu r-raba’ post tal-play-offs

Posted By sportinmalta1 On April 16, 2018 @ 6:06 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Starlites GIG 68

Cynergi Depiro 74

(14-21)(14-21)(25-15)(15-17)

Cynergi Depiro rebħu l-konfront dirett kontra Starlites

Ritratt: Wally Galea

GIG biex ħadu l-aħħar post disponibbli fil-play-offs wara partita kumbattuta kontra Starlites GIG. Depiro kienu kważi fuq quddiem tul il-partita kollha għalkemm Starlites baqgħu jemmnu li jistgħu jagħmluha speċjalment meta basket ta’ Mitchell Brewe poġġijhom fuq quddiem lejn it-tmiem. Depiro ħadu vantaġġ sa’ minn kmieni fil-partita meta kellhom tlett three pointers, 2 minn David Camilleri u ieħor minn Dominic Scafidi. Wara time-out, Starlites bdew jirkupraw u punti ta’ Brewe u Robert Bonnici ressquhom viċin. Depiro kellhom punti minn Kurt Xuereb qabel ma Brewe għamel trippla għal Starlites iżda 4 punti konsekuttivi ta’ Scafidi raw lil Depiro jtemmu l-ewwel perjodu 21-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ b’aktar trippli minn Andrew Aquilina għal skor ta’ 33-18. Starlites kellhom risposta bi trippla minn Ian Felice Pace u punti ta’ Brewe però fl-intervall Depiro kienu għadhom 14 minn fuq 42-28.

Fit-tielet sessjoni, reġgħu kienu Depiro li fetħu tajjeb b’sensiela ta’ punti minn Camilleri u Scafidi b’dan tal-aħħar jagħmel trippla oħra biex poġġijhom 17 minn fuq 51-34. Hawn Starlites ġew f’tagħhom u għaqqdu run ta’ 12-0 bil-punti ta’ Shawn Pace fosthom trippla flimkien ma’ Bonnici u Brewe. Depiro waqqfuhom u għamlu 5 punti mingħajr risposta bi trippla minn Aquilina però Brewe u Miguel Falzon għamlu aktar punti għal Starlites biex il-vantaġġ ta’ Depiro niżel għal 4 punti fi tmiem it-taqsima 57-53. Fl-aħħar sessjoni l-eċitament żdied hekk kif iż-żewġ naħat bdew jirrispondu lil xulxin. Trippla minn Aquilina u basket ta’ Scafidi taw ftit nifs lil Depiro iżda Starlites wettqu sforz ieħor b’run ta’ 10-2 biex għamlu l-iskor indaqs 64-64. Xuereb reġa’ poġġa lil Depiro fuq quddiem iżda hawn Starlites marru minn fuq wara baskets minn Alec Felice Pace u Brewe. Camilleri kiseb trippla għal Depiro li għal darb’oħra rathom imorru fuq quddiem bi Starlites ifallu l-attakk suċċessiv. Hawn Starlites bdew iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls però Nicholas Grech, Camilleri u Scafidi ma fallewx il-free-throws biex Depiro ħadu r-rebħa 74-68 biex ħadu posthom fil-play-offs.

Starlites GIG: S. Pace 5, R. Bonnici 6, A. Schembri, M. Scerri, M. Falzon 4, A. Felice Pace 8, R. Carabott 4, I. Pace, I. Felice Pace 3, J. Wait, M. Brewe 38.

 

Cynergi Depiro: E. Briffa, D. Camilleri 13, A. Aquilina 16, N. Grech 2, A. Attard, M. Mallia 6, K. Xuereb 13, M. Borg, D. Scafidi 24.

Referees: Emanuel Mangani, Tuomas Mantere, Ivica Simic

Bupa Luxol 69

Hibernians 73

(12-19)(16-15)(14-18)(27-21)

Hibs għelbu lil Bupa Luxol 73-69 f’partita nteressanti minkejja li ma kellha l-ebda mportanza għall-klassifika finali u serviet biex iż-żewġ timijiet ikomplu jistudjaw lil xulxin qabel ma jiltaqgħu fis-semi-finali tal-play-offs. Hibs ħadu vantaġġ kmieni fil-partita meta kellhom it-three pointers minn Roderick Vella u Alvaro Lizaur. Luxol wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta biex naqqsu d-distakk għal basket qabel ma trippla ta’ Lizaur u punti minn Anton Axiaq u Chad Patus raw lil Hibs itemmu l-ewwel sessjoni 19-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, iż-żewġ timijiet fetħu bi three pointer u Luxol komplew bil-punti ta’ Kyle Meyer, Nicola Vasovic u William Ahlberg biex reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 22-24. Hawn Hibs wieġbu b’run ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Luke Farrugia u Lizaur bil-Luxol jagħlqu bil-punti ta’ JP Schembri u Ahlberg għal skor ta’ 28-34.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin għalkemm Hibs żiedu l-vantaġġ bit-three pointers ta’ Lizaur u Vella. Meyer daħal aktar fix-xena u punti tiegħhu flimkien ma’ trippla ta’ Keith Dimech ħallew lil Luxol 10 minn taħt fi tmiem il-perjodu 42-52. Fl-aħħar taqsima Hibs irrilassaw xi ftit u dan ippermetta lil Luxol li jidħlu lura fil-partita u trippla ta’ Vasovic rathom inaqqsu d-distakk għal 3 punti 59-62. Punti ta’ Patus u Marco Matijevic reġgħu kabbru l-vantaġġ tal-Pawlisti però Luxol għamlu l-iskor indaqs wara trippla ta’ Schembri u punti ta’ Meyer. Għal darbtejn, l-iskor kien ta’ parita qabel ma 4 punti minn Matijevic lejn it-tmiem taw ir-rebħa lit-team ta’ Raħal Ġdid fuq skor finali ta’ 73-69.

Bupa Luxol: CJ Cordina 9, N. Vasovic 13, J. Mellilo, JP Schembri 5, K. Dimech 9, W. Ahlberg 7, K. Meyer 24, A. Micallef Trigona 2.

 

Hibernians: R. Vella 6, P. Attard 2, K. Sultana, L. Farrugia 6, S.Attard, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq 8, M. Matijevic 18, A. Lizaur 25, F. Mariani, C. Patus 14.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Ivica Simic

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

11

10

1

21

900

791

Hibs

11

8

3

19

872

773

Bupa Luxol

12

6

6

18

968

911

Cynergi Depiro

11

3

8

14

763

884

Starlites

11

1

10

12

757

901


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/cynergi-depiro-jiehdu-r-raba-post-tal-play-offs/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.