- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Cyclist heading to Wales, Italy and the US to help Inspire

Posted By Sportinmalta On August 9, 2016 @ 3:52 pm In Cycling,Featured,Other | No Comments

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Last year, 51 year-old cyclist and philanthropist Hilary Galea-Lauri raised more than  €14,000 for Inspire because he believes that life regenerates itself by giving back to it part of what one receives.

In August of last year, Hilary embarked on a 12-day, 1,600 kilometer cycle from Land’s End to John o’ Groats (LEJOG). The distance is the traversal of the whole length of Great Britain between two extremities; the south-west and north-east.

The money was used to sustain disability programmes and services for children, adults and their families. Inspire helps over 1,000 people with disabilities, including Down’s syndrome and autism. This is either done for free or at a highly subsidised rate.

Next year, Hilary, who is a partner at KPMG, plans an epic ride down the Western US seaboard from the Canadian to the Mexican Border. Starting in Seattle and averaging around  100 kilometers per day, Hilary will travel the length of the United States ( over 2,500 kilometers) in 4 weeks along some of the world’s most scenic coastline to the palm-lined beaches at the Mexican border.  Once again, Hilary will be fundraising for Inspire.  “Over the years I’ve seen what the Inspire Foundation does for people with disabilities; how it helps people reach their potential and how it empowers families and individuals struggling with disabilities, so doing this in order to help out felt like the natural thing to do,” explained Hilary.

In preparation for his ambitious ride in the USA, this Saturday 13 August, Hilary will be cycling across Wales in one single day.  Covering a total of 300 kilometers , the ride will include some impressive hills, taking the cyclist through the picturesque town of Caernarfon to Chepstow, through Llanberis and Gospel Pass. This ride is not the easiest on the calendar but aims to prepare Hilary for his 2017 cycling challenge across the length of the US (and along the Pacific Coast) in aid of the Inspire Foundation.

Also in preparation for next year’s US challenge, later on in September, Hilary will be using his annual vacation entitlement to cycle the length of Italy to Malta, this time covering no less than 1,500 kilometers in 9 days.

“It is thanks to people like Hilary, who use their personal passion to help a good cause, that organisations like Inspire can survive and thrive.  Without the help of individuals like him, it would be very difficult, if not impossible for Inspire to raise enough funds to keep reaching out to so many people that need its help,” explained Mr. Antonello Gauci – Inspire CEO.

Anyone wishing to support Hilary can get in touch with him or with Inspire on  hilarygalea.lauri@gmail.com

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Ċiklist fi triqtu lejn Wales, l-Italja u l-Istati Uniti biex jgħin lill- Inspire

Is-sena l-oħra, iċ-ċiklist u filantropu Hilary Galea-Lauri, li għandu 51 sena, ġabar aktar minn €14,000 għall-Inspire għax hu jemmen li l-ħajja tirriġenera ruħha billi wieħed jagħti lura parti minn dak li jirċievi.

F’Awwissu tas-sena l-oħra, Hilary saq ir-rota tiegħu għal 12-il ġurnata, u kopra distanza ta’ 1,600 kilometru minn Land’s End sa John o’ Groats (LEJOG). Din id-distanza hija t-tul kollu trasversali tar-Renju Unit bejn żewġ estremitajiet, mil-Lbiċ sal-Grigal.

Il-fondi ntużaw bħala appoġġ għal programmi u servizzi ta’ diżabilità għal tfal, adulti u l-familji tagħhom. L-Inspire tgħin lil aktar minn 1,000 persuna b’diżabilità, inkluż Down’s syndrome u l-awtiżmu. Hija toffri s-servizzi tagħha jew mingħajr ħlas jew b’rata tassew sussidjata.

Is-sena d-dieħla, Hilary li huwa partner mal-kumpanija KPMG, qed jippjana rikba epika mal-kosta tal-Punent tal-Istati Uniti mill-Kanada sal-Fruntiera tal-Messiku. Dan il-vjaġġ ser jibda minn Seattle u b’medja ta’ madwar 100 kilometru kuljum, Hilary ser jivjaġġa t-tul tal-Istati Uniti (aktar minn 2,500 kilometru) f’4 ġimgħat tul uħud mill-isbaħ kosti fid-dinja, sal-bajjiet kollha palm tul il-fruntiera tal-Messiku.  Għal darb’oħra, Hilary ser jiġbor fondi għall-Inspire.  “Matul is-snin rajt ix-xogħol li l-Inspire tagħmel mal-persuni b’diżabilità; kif din l-organizzazzjoni tgħin lill-persuni jilħqu l-potenzjal tagħhom u kif tagħti l-għajnuna lill-familji u lill-individwi li jaffaċċjaw id-diżabilità, għalhekk għalija kienet ħaġa naturali li nagħmel dan biex nagħti l-għajnuna tiegħi,” spjega Hilary.

Biex jipprepara għal dan il-vjaġġ ambizzjuż fl-Istati Uniti, nhar is-Sibt 13 ta’ Awwissu, Hilary ser jaqsam it-tul ta’ Wales f’ġurnata waħda fuq ir-rota tiegħu.  Fuq medda ta’ 300 kilometru, il-vjaġġ ser jinkludi xi għoljiet impressjonanti, u ċ-ċiklist ser isuq minn Caernarfon għal Chepstow, u jgħaddi minn Llanberis u Gospel Pass. Din ir-rikba mhix l-eħfef waħda fuq il-kalendarju tiegħu, iżda din hija parti mit-tħejjija ta’ Hilary għall-isfida tiegħu fuq ir-rota fl-2017 tul l-Istati Uniti (tul il-Kosta Paċifika) biex jgħin lill-Fondazzjoni Inspire.

Bi tħejjija ukoll għall-isfida fl-Istati Uniti s-sena d-dieħla, aktar tard f’Settembru, Hilary ser juża l-lif annwali tiegħu biex isuq ir-rota t-tul kollu tal-Italja sa Malta, fejn din id-darba ser ikopri mhux anqas minn 1,500 kilometru f’disat ijiem.

“Huwa bis-saħħa ta’ nies bħal Hilary, li jużaw il-passjoni personali tagħhom biex jgħinu kawża tajba, li organizzazzjonijiet bħall-Inspire jistgħu jkomplu jaħdmu u jikbru. Mingħajr l-għajnuna ta’ individwi bħalu, ikun tassew diffiċli, jekk mhux impossibbli għall-Inspire li tiġbor fondi biżżejjed biex tibqa’ toffri l-għajnuna tagħha lil tant persuni,” qal is-Sur Antonello Gauci – CEO tal-Inspire.

Kull min jixtieq jgħin lil Hilary jista’ jikkuntattja lilu jew lill-Inspire fuq hilarygalea.lauri@gmail.com.

The route to be taken by Hilary including stops

 

Hilary Galea-Lauri


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/cyclist-heading-to-wales-italy-and-the-us-to-help-inspire/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.