Cycling: Suċċess kbir għal The Cyclist fit-tielet ġurnata tar-Road Race tal-2017

Monday, July 17, 2017, 12:01

Il-klubb ta’ Cyclist CC kompla jikkonferma li huwa l-aqwa klubb rebbieħ fil-preżent meta rnexxielu jirbaħ ħames tiġrijiet minn tmienja permezz ta’ Christian Formosa (Elite); Stephanie Alden (Feminili); Nicholas Attard Montalto (Juniors); Joseph Micallef (Masters 50+) u ċ-ċiklista żgħira Kristina Spiteri (Taħt il-15 il-sena Feminili). Dan kollu seħħ fit-tielet u l-aħħar ġurnata tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu li nżammet nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju fil-limiti tal-Maqluba, Qrendi – Żurrieq.

It-tiġrijiet l-oħra ntrebħu minn Nikol Micallef – Mosta AF Sign Studio CC (Taħt il-15 il-sena Maskili); Ivan Zammit – Birkirkara St Joseph SC (Masters 40+) u Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC (Masters 60+).

L-aħwa Formosa kisbu suċċess doppju grazzi għal ħidma kollettiva mit-tim tagħhom, fejn l-akkwist il-ġdid Christian Formosa kiseb rebħa oħra meta temm it-8 dawriet tiegħu f’ħin ta’ 2:07:50.28. Huwa spiċċa b’vantaġġ żgħir ta’ 08.97 fuq ħuħ Maurice. Fit-tielet post spiċċa Etienne Bonello tat-Team Greens li daħal ħarira qabel Pierre Borg ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’ħin ta’ 2:07:51.65.

Il-Kategorija femminili ntrebħet minn Stephanie Alden ta’ The Cyclist li temmet is-sitt dawriet tagħha f’ħin ta’ 1:44:10.31. Hija spiċċat b’vantaġġ żgħir ta’ 15 il-sekonda fuq Michelle Vella Wood tat-Team Greens u 07:15.55 quddiem ċiklista oħra tat-Team Greens, Danica Bonello Spiteri.

Nicholas Attard Montalto ta’ The Cyclist kompla bid-dominanza tiegħu bi trippletta fil-Kategorija Juniors meta temm is-sitt dawriet tiegħu f’1:35:28.20. Sieħbu Isaac Spiteri spiċċa t-tieni f’1:40:13.83, filwaqt li Gianluca Camilleri ta’ B’Kara St.Joseph SC daħal it-tielet f’ħin ta’ 2:05:13.49. Ivan Zammit ta’ Birkirkara St. Joseph’s kompla juri l-forma tajba tiegħu meta kiseb rebħa oħra fil-Kategorija tal-Masters 40+ meta spiċċa s-sitt dawriet tiegħu f’ħin ta’ 1:44:10.65. Kelvin Goodwin (Agones SFC) u Colin Tabone (Team Greens) spiċċaw warajh.

Joseph Micallef ta’ The Cyclist spiċċa l-erba’ dawriet tiegħu fil-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 1:09:34.99 quddiem sħabu tal-istess klubb Peter Horton u Kenneth Zammit. Emmanuel Camilleri ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-Masters 60+ f’ħin ta’ 1:10:00.18.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kollha kienu ppreżentati bil-medalji minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss hija l-aħħar waħda tal-Kampjonat Nazzjonali Time Trial li ser issir nhar il-Ħadd 23 ta’ Lulju l-Miżieb.

Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu tixtieq trodd ħajr lil parteċipanti kollha għall-isforz kbir li huma wettqu minkejja s-sħana qawwija, kif ukoll lill-uffiċjali u l-membri tal-klubbs għall-kollaborazzjoni sportija li mxew biha. Grazzi oħrajn lil ARRTS Timing System – Agones Sfc għax-xogħol ferm utli tagħhom, kif ukoll lil Kunsilli Lokali tal-Qrendi u ż-Żurrieq u lil Puliżija għal koperazzjoni tagħhom.

Riżultati kollha

Elite Maskili (8 laps)
1. Christian Formosa – The Cyclist 2:07:50.28
2. Maurice Formosa – The Cyclist 2:07:50.74
3. Etienne Bonello – Team Greens 2:07:51.65

Feminili (6 laps)
1. Steph Alden – The Cyclist 1:44:10.31
2. Michelle Vella Wood – Team Greens 1:44:25.61
3. Danica Bonello Spiteri- Team Greens 1:51:25.86

Juniors (6 laps)
1. Nicholas Attard Montalto – The Cyclist 1:35:28.20
2. Isaac Spiteri – The Cyclist 1:40:13.83
3. Gianluca Camilleri – B’Kara St.Joseph SC 2:05:13.49

Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

Taħt il-15 il-sena Feminili (2 laps)
1. Kristina Spiteri – The Cyclist 00:35:54.66
2. Veronique Pace Asciak – Mosta AF Sign Studio CC 00:48:58.72

Taħt il-15 il-sena Maskili (2 laps)
1. Nikol Micallef – Mosta AF Sign Studio CC 00:33:49.71
2. Matthew Galea – Mosta AF Sign Studio CC 00:33:58.68
3. Malcolm Vassallo – Mosta AF Sign Studio CC 00:34:03.89

Masters 40+ (6 laps)
1. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC 1:44:10.65
2. Kelvin Goodwin – Agones SFC 1:44:19.25
3. Colin Tabone – Team Greens 1:47:17.28

Masters 50+ (4 laps)
1. Joseph Micallef – The Cyclist 1:09:34.99
2. Peter Horton – The Cyclist 1:09:44.87
3. Kenneth Zammit – The Cyclist 1:09:50.75

Masters 60+ (4 laps)
1. Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC 1:10:00.18

Ritratti u video credits lil Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-MCF

MVI_0321





Leave a comment