- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Cycling: Jacob Zerafa l-ewwel Għawdxi li ħa sehem fil-Juniors BMX Cup tal-UEC

Posted By editor2 On June 19, 2017 @ 2:48 pm In Cycling,Featured | No Comments

L-Għawdxi Jacob Zerafa, tifel ta’ 8 snin minn Għajnsielem sar l-ewwel Għawdxi li ħa sehem fil-European Cycling Union BMX Cup li saret dan l-aħħar f’Verona, l-Italja. F’dan id-debutt internazzjonali tiegħu, Zerafa tellaq f’Race 7 flimkien ma’ erba’ ċiklisti oħra fir-rawnd preliminari. Għalih din kienet ewwel esperjenza barra minn xtutna wara li issa ilu ftit snin jipprattika dan l-isport favorit tiegħu fil-faċilitajiet li l-Malta BMX Association għandha f’Pembroke.

Din il-parteċipazzjoni ta’ Jacob kienet possibli bl-għajnuna li dejjem isib mill-ġenituri tiegħu fejn fil-fatt kienu huma li akkumpanjawh ġewwa l-Italja.

Bla dubju din kienet esperjenza internazzjonali ferm utli u li ser tkompli tgħin lil Zerafa biex itejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu f’din l-eta’ żgħira li għandu. Fil-fatt dan huwa l-awgurju tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-BMX biex b’dawn l-esperjenzi barra minn xtutja, l-membri tagħha jkomplu jgħollu l-livelli tagħhom.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/cycling-jacob-zerafa-l-ewwel-ghawdxi-li-ha-sehem-fil-juniors-bmx-cup-tal-uec/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.