Cycling: Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu – Road Race 2017

Monday, May 22, 2017, 15:31

Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jirbħu l-ewwel Time Trial tal-2017

Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu beda nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju 2017 bl-ewwel tiġrija minn tlieta li saret fil-By-pass tal-Mrieħel.Għaċ-ċiklisti tat-Team Greens kienet ġurnata mill-aqwa fejn Etienne Bonello rebaħ il-Kategorija tal-Elite, filwaqt li Marie Claire Aquilina rebħet il-Kategorija Feminili. James Mifsud u Michelle Vella Wood spiċċaw fit-tieni post rispettivament.

Etienne Bonello spiċċa qabel kulħadd f’ħin ta’ 35:11.11 b’vantaġġ ta’ 00:36.34 fuq sieħbu James Mifsud u vantaġġ ta’ 00:59.15 fuq Alex Pettett (Pro Action All Stars).

Il-Kategorija Feminili kienet iddominata minn ċiklisti tat-Team Greens fejn l-ewwel spiċċat Marie Claire Aquilina f’ħin ta’ 38:43.27, b’vantaġġ ta’ 02:23.79 fuq il-kollega tagħha Michelle Vella Wood. Claudine Gatt ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċat it-tielet b’distakk ta’ 07:46.62.

Dawk tiġrijiet kienu wkoll preparazzjoni għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar meta fi ftit jiem oħra t-timijiet Nazzjonali Maskili u Feminili ser jirrappreżentaw lil Malta.

Il-Kategoriji l-oħra ntrebħu minn Nicholas Attard Montaldo ta’ The Cyclist (Juniors) f’39:31.20; Ivan Zammit ta’ B’Kara St.Joseph SC (Masters 40+) f’39:55.09; Nicky Farrugia ta’ Mosta AF Sign Studio CC (Masters 50+) f’41:04.54; Emmanuel Camilleri ta’ Mosta AF Sign Studio CC (Masters 60+) f’45:18.63; Miguel Galea tat-Team Greens (Under 12 M) f’05:57.00; Justine De Giorgio ta’ Mosta AF Sign Studio CC (Under 12 F) f’05:53.00; Nikol Micallef ta’ Mosta AF Sign Studio CC (Under 15 M) f’21:29.79 u Kristina Spiteri ta’ The Cyclist (Under 15 F) f’24:10.13.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji mis-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Joe Bajada. It-tiġrija li jmiss hija t-tieni waħda tal-Kampjonat Nazzjonali Road Race li ser issir nhar il-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2017 f’Ta’ Penellu, l-Mellieħa.

 

Riżultati kollha

Elite

1. Etienne Bonello – Team Greens                          35:11.11

2. James Mifsud – Team Greens                             35:47.45

3. Alexander Pettett – Pro Action All Stars           36:10.26

 

Feminili

1. Marie Claire Aquilina – Team Greens                   38:43.27

2. Michelle Vella Wood – Team Greens                    41:07.06

3. Claudine Gatt – Mosta AF Sign Studio CC          46:29.89

 

Juniors

1. Nicholas Attard Montaldo – The Cyclist                 39:31.20

2. 65 Isaac Spiteri – The Cyclist                                    43:30.41

 

Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

Under 12 M

1. Miguel Galea - Team Greens                                     05:57.00

2. Jaeken Galea – Mosta AF Sign Studio CC              06:06.00

3. Isaac Bonnici – Agones SFC 35:30.88                     06:10.00

 

Under 12 F

1. Justine De Giorgio – Mosta AF Sign Studio CC        05:53.00

2. Hannah Dandria – Mosta AF Sign Studio CC           06:33.00

3. Valentina Soler - Mosta AF Sign Studio CC             07:13.00

 

Under 15 M

1. Nikol Micallef – Mosta AF Sign Studio CC                   21:29.79

2. Malcolm Vassallo – Mosta AF Sign Studio CC            22:30.50

3. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC   22:31.54

Under 15 F

1. Kristina Spiteri - The Cyclist                                                 24:10.13

2. Veronique Pace Asciak – Mosta AF Sign Studio CC         26:46.82

 

Masters 40+

1. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC                  39:55.09

2. Colin Tabone – Team Greens                              41:07.69

3. Dominic Cutajar – Gozo CC                                44:52.71

Masters 50+

1. Nicky Farrugia – Mosta AF Sign Studio CC            41:04.54

2. Peter Horton – The Cyclist                                         41:57.96

3. Michael Lia – Mosta AF Sign Studio CC                 42:44.16

 

Masters 60+

1. Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC     45:18.63

 





Leave a comment