Cycling: Etienne Bonello jikseb double fit-tieni ġurnata tat-Time Trial 2017

Monday, June 26, 2017, 15:54
Għal darb’oħra Etienne Bonello tat-Team Greens iddomina t-tieni ġurnata tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fil-Bypass tal-Mtarfa fuq korsa ta’ 8 dawriet għal total ta’ 21 km. Minkejja t-temp sħun ħafna, r-riħ kien dominanti għat-telgħa f’nofs iċ-ċirkwit. It-Tean Greens reġa ddomina fejn apparti r-rebħa ta’ Bonello, huma kisbu wkoll suċċess fil-Kategorija Feminili fejn Michelle Vella Wood kisbet l-aħjar ħin fil-kategorija tagħha. Mistiedna speċjali għal dawn it-tiġrijiet kienet Petra Wiltshire, tliet darbiet Masters Downhill World Champion, kif ukoll European u British Champion fid-Down Hill Mountain biking.Fil-Kategorija Elite, Etienne Bonello spiċċa l-ewwel f’31:53.45, mentri Keith Galea ta’ Birkirkara St Joseph spiċċa t-tieni f’ħin ta’ 32:14.07. Alexander Pettett tal-Pro Action All Stars spiċċa t-tmien dawriet tiegħu f’ħin ta’ 32:30.57. Għalhekk b’tiġrija oħra għat-tmiem dan il-Kampjonat, Bonello jinsab jillidja l-klassifika ġenerali b’punti massimi.
Il-Kategorija Feminili kienet ukoll iddominata minn ċiklisti tat-Team Greens fejn Michelle Vella Wood spiċċat rebbieħa f’ħin ta’ 35:36.51, u 01:54.26 vantaġġ fuq il-kollega tagħha Marie Claire Aquilina. Margaret Seguna ta’ The Cyclist spiċċat it-tielet b’distakk ta’ 06:17.80. Fil-klassifika ġenerali Marie Claire Aquilina u Michelle Vella Wood qed jillidjaw flimkien b’375 punt.
Il-Kategoriji l-oħra ntrebħu minn Nicholas Attard Montaldo – The Cyclists (Juniors) f’ħin ta’ 35:15.93; Kelvin Goodwin – Agones SFC  (Masters 40+) f’ħin ta’ 35:26.95; Steven Andrew Bell – The Cyclist (Masters 50+) f’ħin ta’ 34:30.64; Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC (Masters 60+) f’ħin ta’ 39:54.45; Nicholas Micallef – Mosta AF Sign Studio CC (Under 15 M) f’ħin ta’ 19:18.96 and Kristina Spiteri – The Cyclists (Under 15 F) f’ħin ta’ 21:36.58; Justine De Giorgio – Mosta AF Sign Studio CC (Under 12 F) f’ħin ta’ 00:05.35 u Miguel Galea – Team Greens (Under 12 M) f’ħin ta’ 00:05.35.
Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kollha kienu ppreżentati bil-medalji minn Petra Wiltshire assistita minn John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss hija t-tielet u l-aħħar waħda tal-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race li ser issir nhar is-Sibt 15 ta’ Lulju f’Tal-Maqluba, Żurrieq.
Ir-riżultati kollha:
Kategorija Elite (8 laps)
1. Etienne Bonello – Team Greens                                  31:53.45
2. Keith Galea – B’Kara St.Joseph SC                      32:14.07
3. Alexander Pettett – Pro Action All Stars                32:30.57Kategorija Feminili (8 laps)
1. Michelle Vella Wood – Team Greens                    35:36.51
2. Marie Claire Aquilina – Team Greens                   37:30.77
3. Margaret Seguna – The Cyclist                           41:54.31Kategorija Masters 40+ (8 laps)
1. Kelvin Goodwin – Agones SFC                             35:26.95
2. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC                    36:04.18
3. Colin Tabone – Team Greens                              37:16.32
Kategorija Masters 50+ (8 laps)
1. Steven Andrew Bell – The Cyclist                        34:30.64
2. Nicky Farrugia – Mosta AF Sign Studio CC            36:40.29
3. Kenneth Zammit – The Cyclist                            36:52.02Kategorija Masters 60+ (8 laps)
1. Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC     39:54.45Kategorija Juniors (8 laps)
1. Nicholas Attard Montaldo – The Cyclist                         35:15.93
2. Isaac Spiteri – The Cyclist                                          38:50.38
3. Gianluca Camilleri – B’Kara St.Joseph SC              44:17.84
Kategorija Feminili U/15 (4 laps)
1. Krsitina Spiteri – The Cyclist                               21:36.58
2. Veronique Pace Asciak – Mosta AF Sign Studio CC         24:55.78Kategorija Maskili U/15 (4 laps)
1. Nikol Micallef – Mosta AF Sign Studio CC              19:18.96
2. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC 20:02.91
3. Mika Zammit – Agones SFC                               20:24.91Kategorija Feminili U/12 (1 lap)
1. Justine De Giorgio – Mosta AF Sign Studio CC        00:05.35
2. Hannah Dandria – Mosta AF Sign Studio CC          00:06.10
3. Valentina Soler – Mosta AF Sign Studio CC           00:06.57Kategorija Maskili U/12 (1 lap)
1. Miguel Galea – Team Greens                             00:05.35
2. Isaac Bonnici – Agones SFC                               00:05.50
3. Luca Vella – The Cyclist                                    00:06.03





Leave a comment