Curmi u Pellicano jaslu sal-kwarti tal-finali.

Friday, July 28, 2017, 17:19

 

Kampjonat tal-Ewropa taht is-16 il-sena .

L-avventura tat-tennisti zghazagh Francesca Curmi u Helene Pellicano fil-Kampjonat tal-Ewropa tat-tennis taht is-16 il-sena intemmet fil-kwarti tal-finali.

Hija l-ewwel darba fl-istorja tat-tennis lokali li fid-doubles ta’ Kampjonat tal-Ewropa team tad-doubles wasal sa din il-fazi. Fil-Kampjonat tal-Ewropa taht is-16 il-sena , fic-centru Nazzjonali tat-tennis f’Mosca, wara li fl-ewwel round Curmi u Pellicano kienu ‘bye’ fit-tieni fazi rebhu u eliminaw lil Gemma Lairon Navarro u Carlota Martinez Cirez ta’ Spanja 6 – 4 ; 6 – 3

Fit-tieni round ftit thabtu sabiex elminaw lil Emile Elde u Lilly Elida Haseth tan-Norvegja 6-3 ; 6 – 1.

Fil-kwarti tal-finali l-koppja Maltija tilfet kontra Daria Frayman u Vlada Kaval tar-Russja f’zewg sets 7-6 ; 6 – 3

Fis-singles ghada fil-kompetizzjoni Helene Pellicano, gia rebbieha tal-Kampjonat ta’ taht l-14 il-sena. Din is-sena f’kategorija ghola, Pellicano wara li ghelbet lil Maja Makoric tas-Serbija 7-5 ; 6 – 1, ghelbet wkoll lil Ana Ristrevska tal-Macedonja 6 – 2 ; 6 – 3 sabiex ghaddiet ghal-kwarti tal-finali.

Fl-istess kompetizzjoni Francesca Curmi wara li ghelbet lil Emily Meyer tal-Awstrija 6 – 2 ; 6 – 2 sfat eliminata fit-tielet rawnd minn Oona Orpana tal-Fillandja 7 – 5 ; 6 – 1





Leave a comment