- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Cricket:Charterhouse Friars CC win the inaugural MaltaT20 Crossfire Trophy

Posted By Sportinmalta On May 12, 2016 @ 9:48 pm In Cricket,Featured,Other | No Comments

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

The first edition of the MaltaT20 Crossfire Trophy saw Charterhouse School’s Friars Cricket Club victorious in what was the best ever cricket club tournament staged in the Maltese islands. 8 matches were played over the 3 days, culminating in Sunday’s final which saw a Maltese runs record of 411 runs in only 40 overs.

In the group stages, local’s Marsa CC took the honours with 3 wins, defeating Charterhouse Friars, the Cricketers CC and Middlesex Champions, Hampstead CC. Marsa were led by the impressive batting performances of Frank Spiteri (62), Sam Aquilina (62); and the bowling of Nowell Khosla (3 for 14), Niraj Khanna (3 for 21), Bikram Arora (3 for 33) and junior Ethan Xuereb (2 for 15).

Sunday’s final’s day was one of the most exciting ever witnessed at the Marsa Oval with the 3rd and 4th playoff between Hampstead CC and the Cricketers CC finishing in a tie. The first ever Super Over in Malta was required to split the teams, with Hampstead shading the result by 6 runs to 5.

Sunday afternoon’s final between Marsa CC and Charterhouse Friars saw the locals win the toss and elect to field first. Marsa started well by dismissing R.Hughes, A.Rozier-Pamplin and J.Ryder-Smith cheaply. With the score at 46 for 3 from 5 overs, Marsa fancied their chances of repeating their group stage win. What proceeded was extraordinary, as 186 runs were scored off the final 15 overs. Darren Hooey (66 off 28) and Oliver Plummer (25 off 25) played second fiddle to a destructive innings from Henry Don. It was probably the best hitting display ever seen at the Marsa oval. Don closed the innings on 121 not out off only 53 balls as Charterhouse Friars reached a T20 record in Malta of 232 runs for 5 wickets from their 20 overs.

In reply, Marsa’s best two top order batsmen, Nowell Khosla (24 off 19) and Frank Spiteri (55 off 25) took to the run chase in an aggressive mood but were part of James Chandler’s hatrick of wickets in the 8th over. The next 4 overs went for only 13 runs and it signaled to an end Marsa’s chances for victory. A courageous 54 not out by Derek Ali and 14 not out by Sumair Khan saw the Marsa innings to a close at a respectable 179 for 5.

This brought to an end the 1st edition of the MaltaT20 Crossfire Trophy with Charterhouse Friars CC crowned Champions. Shields were awarded to all 4 teams and the coveted Most Valuable Player and Best Batsman Awards went to Henry Don with an impressive 205 runs. Best Bowler went to Ben Ryder-Smith (Charterhouse) with 11 wickets, while Marsa wicket-keeper Sam Aquilina earned the Wicket-Keeper award with 4 catches and a stumping. Stephen Williams (Hampstead) took 4 catches to seal the Best Fielder award, while the Spirit of Cricket prize was won by Tom Plinston for “Fair Play”.

Umpires: Alan Swift, Les White, John Grima, Kevin Krishna and Pierre Naudi.

Scorers: Eric Balakrishnan, Paula Calleja and Carole Khosla.

Tournament Sponsors: TourCricket.com, MaltaSportsTours.com, Sports Experience Trophies & Awards, Malta Glass Creations.

This coming Saturday at the Marsa Sports Club sees the Junior Academy at 9am.

Marsa CC will face the London Stock Exchange CC on both Saturday on Sunday at 11am.

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Charterhouse Friars CC jirbħu l-MaltaT20 Crossfire CUP.

Charterhouse School’s Friars CC rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Malta T20 Crossfire Cup, li nistgħu ngħidu li kienet l-aqwa kompetizzjoni tal-krikit hawn Malta. Tmien logħbiet intlagħbu fit-tlitt ijiem logħob, fejn fil-final tal-Ħadd rajna rekord ta’ 411-il ġirja f’40 owver.

Fil-fażi tal-gruppi, Marsa CC rebħu rebħu t-tliet logħbiet tagħhom, meta għelbu lil Charterhouse Friars CC, lil Cricketers CC u lil Hampstead CC, rebbieħa tal-kampjonat Middlesex. Il-battituri Frank Spiteri (62) u Sam Aquilina (62) kellhom wirjiet tajbin ħafna, ikkumplimentati minn ibbawljar impressjonanti ta’ Nowell Khosla (3 għal 14), Niraj Khanna (3 għal 21), Bikram Arora (3 għal 33) u ż-żagħżugħ Ethan Xuereb (2 għal 15).

Il-Ħadd kien hemm logħbiet eċċitanti fil-grawnd tal-Marsa, bil-logħba għat-tielet u raba’ post, bejn Hampstead CC u Cricketers CC, tispiċċa b’punti ndaqs, biex b’hekk kellu jintlagħab l-ewwel Super Owver, f’Malta, fejn rajna lil Hampstead jirbħu b’sitt ġirjiet kontra ħamsa.

Il-Ħadd wara nofsinhar intlagħbet il-final bejn Marsa CC u Charterhouse Friars. Marsa għażlu li jiffildjaw l-ewwel, u kellhom bidu tajjeb ħafna meta qalgħu lil R.Hughes, A.Rozier-Pamplin u J.Ryder-Smith kmieni. Marsa kienu kunfidenti bi skor ta’ 46 ġirja għal 3 wikits minn 5 owvers. L-Ingliżi rreaġixxew b’mod aggressiv tant li fi ħmistax-il owver kisbu 186 ġirja. Darren Hooey (66 minn 28) u Oliver Plummer (25 minn 25) xejnu t-tamiet ta’ Marsa li jkollhom xi rebħa faċli. Henry Don għalaq din l-aħjar wirja ta’ bbattjar li qatt kellna l-Marsa, b’121 ġirja minn 53 ballun bla ma nqala’. Charterhouse Friars tellgħu 232 għal 5 wikits minn 20 owver, li huwa rekord hawn Malta.

L-aqwa battituri ta’ Malta, Nowell Khosla (24 minn 19) u Frank Spiteri (55 minn 25) bdew l-innings ta’ Marsa CC b’mod aggressiv, kif kien mistenni, iżda sfaw maqlugħin minn James Chandler fit-tmien owver. Bi 13-il ġirja fl-erba’ owvers li kien imiss, sfaxxaw it-tamiet li seta’ kellhom Marsa li jirbħu din il-finali. L-innings ta’ Marsa ntemmew b’wirja kuraġġuża minn Derek Ali (54 bla ma nqala’) u Sumair Khan (14 bla ma nqala’) bi skor finali għal Marsa CC ta’ 179 ġirja għal 5.

Din l-ewwel edizzjoni tal-Malta T20 Crossfire Cup intemmet b’Charterhouse Friars CC rebbieħa. Shields kommemorattivi ġew mgħotija lill-erba’ timijiet parteċipanti filwaqt li Henry Don kien ivvutat bħala l-aqwa plejer u l-aqwa battitur wara li kiseb total ta’ 205 ġirjiet. L-Aqwa bawler intgħażel Ben Ryder-Smith (Charterhouse) bi 11-il wikit, filwaqt li l-istamper ta’ Marsa CC, Sam Aquilina rebaħ l-unur tal-aqwa stamper meta laqa’ erbat iblalen u stampja plejer. Stephen Williams (Hampstead) rebaħ l-unur tal-aqwa filder meta laq’ erbat iblalen u l-unur ta’ fair play intrebaħ minn Tom Plinston.

Referees: Alan Swift, Les White, John Grima, Kevin Krishna and Pierre Naudi.

Skorers: Eric Balakrishnan, Paula Calleja and Carole Khosla.

Tournament Sponsors: TourCricket.com, MaltaSportsTours.com, Sports Experience Trophies & Awards, Malta Glass Creations.

Minn nhar is-Sibt li ġej jerġa jibda t-taħriġ tat-tfal fil-Marsa Sports Club mid-9.00am ‘il quddiem.

Marsa CC jilagħbu kontra London Stock Exchange CC kemm nhar is-Sibt kif ukoll il-Ħadd fil-11.00am.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Charterhouse Friars CC

————————————————————————————————————————————————————-

Cricketers CC

————————————————————————————————————————————————————-

Frank Spiteri presents the Crossfire Trophy to Ben Ryder-Smith

————————————————————————————————————————————————————-

Hampstead CC

————————————————————————————————————————————————————-

Marsa CC and Charterhouse Friars before Sunday’s Final at the Marsa Sports Club.

————————————————————————————————————————————————————-

Nowell Khosla (Marsa CC) and Harry Hooper (Charterhouse Friars) with the MaltaT20 Crossfire Trophy

————————————————————————————————————————————————————-

Trophies of the Final


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/cricketcharterhouse-friars-cc-win-the-inaugural-maltat20-crossfire-trophy/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.