Cospicua Rangers jillidjaw il-Klassifika tal-MAFA

Friday, December 2, 2011, 16:31

It-Tim ta’ Cospicua Rangers baqa ghaddej bil-vena tieghu minn mindu l-istagun li ghadda rebah il-Kampjonat tal-MAFA ghall-ewwel darba.  Aktar kmieni dan l-istagun it-tim Bormliz rebah it-tazza Joe Compagno li ghaliha jilghabu z-zewg timijiet li l-istagun ta’ qabel ikunu rebhu l-Kampjonat u n-Knock Out rispettivament.  Huma ghelbu lit-tim ta’ Marsa White Stars bi skor ta’ 4-2 wara l-ghoti tal-penalties peress li sa tmiem il-hin barrani l-iskor baqa dak ta’ 1-1.

It-tim ta’ Cospicua Rangers qieghed, fil-prezent, jillidja l-Klassifika bi hmistax ‘il punt, punti massimi minn hames loghobiet segwit minnMarsa White Stars b’ghaxar punti u minn Zejtun Red Stars, Valletta Stars u Vittoriosa Lightningts b’disa’ punti.

Il-kampjonat tal-MAFA jinzamm fil-Kullegg Sta Margerita ta’ Bormla.

 

 





Leave a comment