Corito v Kovac Mument Kruċjali Għall-Boxer Malti!

Monday, July 8, 2013, 13:31

Wara ġirja sensazzjonali ta’ erba’ ġlidiet fl-2012 u l-ħames waħda aktar kmieni din is-sena, ilMalti Billy Corito, magħruf bħala ‘the Hit Man’ fetah berah, bħal li kieku kien milqut minn ċiklun, ilkategorija heavyweight tal-European Boxing Federation (EBF) biex kiseb l-ewwel post kif ukoll żamm it-titolu prestiġjuż tal-EBF Intercontinental Heavyweight Title Belt bi prestazzjoni spettakolari u kbira.

Corito wera il-veru valur tiegħu fil-ħames ġlidiet kollha iżda l-”Battalja” deċiżiva għall-ewwel post kontra Micky Cotcher, magħruf bħala “Il-biċċier”, kienet tabilħaqq wirja straordinarja ta’ teknika u qawwa li damet 2 minuti u 13-il sekonda ta’ l-ewwel sessjoni biss – ġlieda deċiżiva li kellha tkun ta’ sitt sessjonijiet ta’ 3 minuti kull waħda.

Il-ġlieda tiegħu kontra Cotcher, il-ħames fis-sensiela EBF, kienet tabilħaqq sinifikanti, apparti milli ddeċidiet il-post tal-quċċata tal-kategorija heavyweight, hija ppreżentat lil Corito bit-teħid ta’ deċiżjonijiet kruċjali: Xi jmiss issa? L-Esperjenza u r-relazzjoni tiegħu mal-European Boxing Federation kienu pożittivi u eċċellenti, kemm mill aspett kompetittiv u wkoll minn rapport ta’ ħidma. Iżda bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja r-rebbieħ, u saħansitra anki t-tellief, għandhom mod wieħed biss biex isaħħu l-isforzi tagħhom: Iħarsu ‘l quddiem – u dan huwa dak Billy Corito ddeċieda li jagħmel.

Billy issa jimxi għal xenarju ġdid fejn il-”logħba” għadha boxing iżda hemm ħafna differenza f’dak li huwa involut. Fil-jiem li ġejjin Billy Corito jagħmel id-debutt tiegħu bħala Boxer Professjonali. IlBoxing Professjonali gawda profil ferm ogħla minn boxing tad-dilettanti jew semi-professjonali matul is-seklu għoxrin u wara.

Il-mument tal-verità tiegħu huwa kontra Radenko Kovac mill-Bosnja u Ħerzegovina li f’ħames ġlidiet tiegħu bħala professjonali rebaħ 2 (KO 2) u tilef 3 (KO 3) fejn żamm 14 ir-rawnd ta’ boxing u rekord ta’ 40% bħala KO 40%.

Peress li Corito huwa titolari ta’ Liċenzja tal-Malta Boxing Commission il-ġlieda tiegħu kontra Kovac ser tiġi sanzjonata mill-MBC bħala l-korp awtorevoli għal boxing f’kull forma tiegħu f’Malta. Il MBC hija rikonoxxuta u affiljata ma’ korpi internazzjonali mid-dinja kollha li jirregolaw il-logħba ,inkluż il- World Boxing Council (WBC), World Boxing Union (WBUv), the World Boxing Federation (WBFed), the World Boxing Association (WBA) u l-European Boxing Association (EBA). Rigward iċ-ċirkwit Semi-Pro l-MBC huma membri tal-World Boxing Union (Semi Pro) (WBUv), kif wkoll talEuropean Boxing Federation (EBF).

Charlie Cardona, Chairman tal-MBC ser ikun ir-Referee għall-ġlidiet Pro. Il-bout prinċipali tal-lejl bejn Corito u Kovac se jkun magħmul minn 4 rawnds ta’ 3 minuti il-wieħed. Il-Kumitat Olimpiku Malti estiża sostenn finanzjarju u appoġġ għat-taħriġ ta Corito billi ffinanza ż- żjarata’ relatati mal-imsieħba fis-‘sparring’ fid-dawl tal-impenn internazzjonali tiegħu.

“Bħas-soltu Billy tħejja serjament għall-ġlieda. Dan kien jinkludi sessjonijiet ta’ taħriġ iebsa fi sparring kemm f’Malta ma’ Mark de Mori, ikklassifikata t-13 fil-WBA u l-15 fil-WBC, u anki kontra Neary Shea ġewwa Liverpool. Neary magħruf bħala “The Shamrock Express” huwa rikonoxxut mid-WBU bhala ex-World Light Welterweight Champion “, irrimarka Paul Borg, Manager ta’ Corito.

Għall-avveniment li ġej Shea Neary se jkun it-trainer ta’ Billy. Fil-fatt hu se jkun hawn Malta matul il-ġimgħa biex jipprepara lil Corito għall-ġlieda tiegħu u se jkun ukoll ‘il-corner-man’ tiegħu waqt il-ġlieda.

Filwaqt li l-lejl li jmiss ta’ Boxing f’Malta se tara l-introduzzjoni tal-Malta Boxing Commission fuq listruttura ta l-organizzazzjoni il-promotur lokali Paul Borg żamm ukoll ir-relazzjoni professjonali soda li huwa stabbilixxa mal-European Boxing Federation. Minbarra l-ġlieda prinċipali Corito-Kovac il-programm tas-serata jinkludi sitt bouts oħra bejn boxers lokali u barranin ta’ kategoriji varji. Dawn il-ġlidiet – magħmula minn erba’ sessjonijiet ta’ 2 minuti kull sessjoni – jinkludu wkoll numru ta’ glidiet li jiddeterminaw “Titli”.

1 ‘Super’ Steve Martin v Adnan Zilic (MBC); 2 Dione Maroushka Galea v Josh Groombridge (EBF) – EBF Super Middle Weight Titlu Ewropew; 3 Etienne ‘Buddy’ Spiter v Javaise Lewis (EBF); 4 Tyrone Borg v Jamie Wheldon (EBF) – EBF Light Heavy Weight Titlu Ewropew; 5 Brandon Bogon v Jake Barrett (EBF) – EBF Light Weight Titlu Ewropew; u 6 Brian Sanders v Jack Smith (EBF).

Il-Lejla Maltija tal-Boxing li jmiss organiżżata mill-promotur lokali Paul Borg se ssir fil-Monte Cristo Estates f’Hal Farruġ nħar il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju fit 8.30 ta’ filgħaxija – il-bibien jinfetħu fis-7.30 ta’ filgħaxija. Il-biljetti jinsabu ghal bejgħ € 25 (bilqiegħda) u € 15 (bil-wieqfa) mingħand London Butcher, Sir Frederick C. Ponsonby Street Gzira u mingħand TeamSport, Triq Dun Karm, B’Kara by Pass, Iklin. L-isponsors ewlenin ta’ dan l-avveniment huma RE/MAX, Fortina Hotel, The Party Bus Malta and MedAsia Playa. Appoġġ ieħor qed jiġi estiż mill-Golden Harvest, Badass Burgers, Barcelona Lounge, TeamsporT u l-London Butcher-Gzira.





Leave a comment