COREMALTA SEMINAR

Tuesday, October 10, 2017, 11:02

Il-Ħamis, il-21 ta’ Settembru, il-COREMALTA Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Refereeing tal-Malta FA organizza l-ewwel seminar tal-istaġun 2017-2018 għall-uffiċjali membri tal-Programm COREMALTA; dawn l-uffiċjali huma magħżula fuq il-mertu tagħhom bl-għan li jirfinaw l-abbiltajiet tagħhom biex ikunu jistgħu jirnexxu fl-ogħla livell.

Is-seminar fiċ-Ċentru tar-Refereeing infetaħ mid-Direttur tar-Refereeing, Kevin Azzopardi.

Kelliema mistiedna kienu l-psikologa tal-isports Samantha Tabone, li ddiskutiet it-temi dwar teħid ta’ deċiżjonijiet, tmexxija u personalità; filwaqt li r-referee tal-FIFA Alan Mario Sant indirizza l-preparazzjoni għal-logħba.

Roberto Buontempo, membru tal-COREMALTA Unit u ex-referee fl-ogħla livell, ta lecture fuq Management u Body Language.

Is-seminar ġie konkluż mill-Kap tal-COREMALTA Unit u membru tar-Referees’ Committee Stephen Mallia, bil-preżentazzjoni Match Analyses permezz ta’ video clips minn logħbiet.





Leave a comment