Coral Scottish Open: Alex Borg Jgħaddi Għat-Tieni Rawnd

Thursday, December 15, 2016, 20:22

Gavin Muscat

Il-plejer professjonali tas-snooker Alex Borg jinsab fl-Iskozja fejn qed jieħu sehem fil-Coral Scottish Open.  Dan it-tournament qed jintlgħab fl-Emirates Arena ġewwa Glasgow u jifforma parti mill-Coral Home Nations Cup.  Borg  rebaħ l-ewwel logħba tiegħu dalgħodu meta  lgħab kontra Daniel Womersley bil-punteġġ ta’ 4-2.  Huwa  jerġa’ jkun fl-azzjoni fit-tieni rawnd  nhar l-Erbgħa meta jilgħab kontra Ricky Walden.

Ta’ min isemmi li l-ġimgħa l-ohra Borg kien impenjat fir-rawnds ta’ kwalifikazzjoni tal-German Masters fejn safa eliminat fit-tieni rawnd minn Domenic Dale 5-1.

Għal aktar informazzjoni u live scoring tistgħu issegwu fuq www.worldsnooker.com.

Alex Borg





Leave a comment