COJI 2014 L-ewwel rizultat pozittiv ta’ atleti Maltin

Saturday, July 5, 2014, 7:52

L-ewwel rizultat pozittiv ta’ atleti Maltin li permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti qed jiehu sehem fit-18 l-Edizzjoni tal-COJI – il-Loghob tal-Gzejjer li qed isir f’Ajaccio f’Corsica.

 

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena b’kollox qed jiehdu sehem 10 pajjizi fi programm li jigbor fih 10 dixxiplini.

 

It-tim tal-ginnastika maghmul minn Claire Azzopardi, Sana Grillo, Suzanne Buttigieg u Peppijna Dalli rebhu l-medalja tal-bronz fil-kompetizzjoni tat-timijiet meta kisbu total ta’ 86.35 punt. Medalja tad-deheb ghal Martinique bi 92.55 punti b’Corsica fit-tieni post bi 89.30 punt. Fl-individwali fost 17 il-ginnasta  Sana Grillo giet fir-raba’ post, Suzanne Buttigieg fit-tmien post, Claire Azzopardi fil-11 il-post u Peppijna Dalli fis-17 il-post.

 

Dr.Sue Mercieca, hija chef de mission tal-kontingent Malti





Leave a comment