Coaching Clinic ta’ livell ghaoli fi tmiem il-gimgha

Thursday, May 7, 2015, 17:49

Bhala parti minn diversi inizjattivi li l-Malta Basketball Association (MBA) qed tahdem fuqhom bil-ghan li tkompli tikber u tizviluppa l-loghba tal-basketball f’pajjizna, l-istess MBA se torganizza Coaching Clinic ta’ livell gholi nhar is-Sibt 9 u l-Hadd 10 ta’ Mejju gewwa l-Padiljun tal-basketball Ta Qali.

 

Dan il-coaching clinic, li se jsir that l-awspici ta’ FIBA Europe, se jkun immexxi minn wiehed mill-aktar kowcis ta’ esperjenza prezentament fi hdan l-istaff tekniku ta’ FIBA Europe, is-sur Janez Drvaric.

 

Is-sur Drvaric, li hu Sloven u li m’ghandu bzonn ta’ l-ebda ntroduzzjoni fix-xena tal-basketball, mexxa diversi timiiet ta’ success inkluz lil Cibona Zagreb, immexxija mill-legendarju Drazen Petrovic, fis-snin tmenin. Aktar tard, Janez Drvaric, fost diversi successi, rebah id-deheb u l-fidda fil-Kampjonati Ewropej mal-Jugoslavja kif ukoll il-fidda u l-bronz fl-Olimpjadi ta’ Los Angeles u Seoul. Fl-ahhar snin Drvaric kien il-kowc nazzjonali u direttur tekniku tat-tim nazzjonali Sloven kif ukoll head coach ta’ Olimpija Ljubljana.

 

L-aspetti principali li se jkunu pprezentati minn Drvaric waqt il-coaching clinic ivarjaw minn sitwazzjonijiet offensivi sa kuncetti ta’ difiza, dejjem immirati l-aktar ghal timijiet juniors.

 

Fl-istess clinic se jkun hawn ukoll is-sur Michael Schwarz, Kap tad-Dipartiment tal-Kowcing fi hdan FIBA Europe u li anke kien head coach ta’ Bayern Munich, li se joffri aktar informazzjoni lill-kowcis lokali dwar ic-certifikat tal-coaching ta’ FIBA Europe (FECC) kif ukoll dwar kif jista jsir aktar uzu effettiv mis-sit specifiku dedikat ghal kowcing mahluq minn FIBA Europe.

 

Dan il-clinic, li ghalih ghandhom bilfors jattendu l-kowcis tat-timijiet junior (Under 14/23), huwa miftuh ghal dawk kollha li huma nteressati li jwessghu aktar l-gharfien taghhom fil-basketball. Postijiet jistghu jigu riservati billi tintbaghat ittra elettronika fuq bvassallo@mba.org.mt sa nhar il-Gimgha 8 ta’ Mejju.





Leave a comment