Clint Vassallo rebaħ it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Saturday, July 6, 2019, 16:16

Hekk kif kmieni illum waranofsinhar saret it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fil-korsa ta’ Ploiesti r-Rumanija, is-sewwieq Malti Clint Vassallo rnexxielu joħroġ rebbieħ għalkemm ma kellux wieħed miż-żwiemel l-aktar favoriti. Fit-tisħin iż-żiemel tilef nagħla u għalhekk għat-tiġrija ttieħdet deċizjoni li jiġri mingħajr nagħal filwaqt li Clint iddeċieda li jgħollieh fuq il-mollatura sabiex ikun aktar ibbilanċjat. Kien fl-aħħar 500m li Vassallo beda jattakka liż-żewġ żwiemel ta’ quddiemu sabiex ħareġ rebhieħ biż-żiemel numru 6 Zanderigo. Din kienet l-ewwel darba li saret tappa ta’ dan il-Kampjonat fir-Rumanija u kienet ukoll l-ewwel rebħa għal Clint Vassallo barra minn Malta.

Hekk kif Malta rebħet l-ewwel żewġ tappi minn dan il-Kampjonat ninsabu nokkupaw l-ewwel post tal-klassifika bit-tappa li jmiss issir fil-11 t’Awissu fil-korsa ta’ Ufa r-Russja.





Leave a comment