Clayton Pisani Jattendi Kors Preparatorju Qabel L-Istaġun 2016/2017

Thursday, August 25, 2016, 12:50

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Clayton Pisani Jattendi Kors Preparatorju Qabel L-Istaġun 2016/2017 Għal Referees  Fl-Ogħla Kategorija Tal-UEFA

Ir-referee tal-FIFA Clayton Pisani – referee tal-UEFA fl-ewwel kategorija – bejn l-10 u t-12 ta’ Awwissu 2016 ingħaqad ma’ referees Ewropej internazzjonali ewlenin oħra għal kors importanti u preparatorju ta’ qabel l-istaġun 2016/2017 li sar f’Ġineva u Nyon (Kwartieri Ġenerali tal-UEFA), fl-Isvizzera.

Matul dan il-kors sajfi, l-uffiċjali tal-logħba ngħataw pariri dettaljati fuq diversi oqsma tar-refereeing, bil-għan li tintlaħaq uniformità fid-deċiżjonijiet meħuda fl-istaġun li ġej, skont il-bidliet li seħħew reċentament fir-regolamenti tal-logħba.

L-għan aħħari ta’ dan il-kors kien sabiex wieħed jitgħallem mill-esperjenza tal-istaġun preċedenti (UEFA EURO 2016, Champions League, Europa League u logħob Ewropew ieħor), jiġu enfasizzati l-punti ewlenin għall-istaġun li jmiss, u jitqies il-livell fiżiku tal-parteċipanti permezz tat-testijiet rigorużi  tal-UEFA.  Suġġetti oħra kienu jitrattaw tattiċi preparatorji għal-logħba u Goal Line Technology – dan kollu bil-għan li tisseddaq ħidmet ir-referees.

————————————————————————————————————————————————————-

English

Clayton Pisani Attends Pre-Season 2016/2017 Preparatory Course For UEFA Top Referees

FIFA referee Clayton Pisani – as a UEFA First Category referee – from 10 to 12 August 2016 joined other top international European referees for the important 2016/2017 Pre-season Preparation Course for UEFA Top Referees held in Geneva and Nyon (UEFA HQ), Switzerland.

During this summer course, the match officials were given detailed advice on various refereeing topics aimed at achieving uniformity in their decision-making in accordance with the Laws of the Game recent changes for the coming season.

The main objectives of the course were to learn from the experience of the previous season’s competitions (UEFA EURO 2016, Champions League, Europa League and other European matches), to emphasise the key points for the new season, and to check the fitness level of the participants during the rigorous UEFA fitness test. Further important topics covered to enhance the referees’ performance were match tactical preparation and Goal Line Technology.

Clayton Pisani and Mark Clattenburg at UEFA HQ (Nyon)





Leave a comment