Clayton Castaldi – Ċampjin Nazzjonali tal-Eight Ball Pool

Friday, February 14, 2020, 9:51

Clayton Castaldi huwa ċ-ċampjin nazzjonali tal-Eight Ball Pool. Wara assenza twila fil-kompetizzjonijiet bir-regolamenti mondjali, Castaldi irritorna bil-kbir meta fil-finali tal-kampjonati, organizzati mill-Malta Pool Association, huwa għeleb l-isfida ta’ Lydan Debono bl-iskor ta’ 8-5.

Castaldi fetaħ vantaġġ komfortanti ta’ 7-1, pero Debono baqa’ fil-logħba billi rebaħ erba’ frejms konsekuttivi u ġab l-iskor 7-5.  Fit-tlettax -il frejm Debono kellu okkażjoni tajba biex inaqqas il-marġni, pero ma rnexxielux u b’ determinazzjoni kbira Castaldi ippotja boċċa wara l-oħra u kiseb it-titlu u l-premju ta’ €1,500.




Leave a comment