CLAUDIO CASSAR JIRBAĦ L-EWWEL RANKING TOURNAMENT TAL-ISTAĠUN

Wednesday, October 11, 2017, 11:17

Aktar minn 100 plejer ħadu sehem fl-ewwel serje ta’ ranking tournaments organizzati mill-Malta Pool Association li saru fil-Każin Banda San Ġorġ Martri li jinsab Ħal Qormi.

Fil-kategorija tal-irġiel kellna finali mill-aktar eċċitanti meta Claudio Cassar għeleb lil Miguel Falzon bl-iskor ta’ 8-7 biex b’ hekk kiseb post fit-tim nazzjonali li ser jirraprezenta lil Malta fil-kampjonati Ewropej li ser issiru f’pajjizna bejn it-18 u 23 ta’ Frar.

Scott Muscat rebaħ l-ewwel unur fil-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tlieta u għoxrin sena meta fil-finali għeleb lil Ryan Falzon bl-iskor ta’ 8-6.

Il-veteran Christ Mills kiseb ir-rebħ tal-kategorija Over 50’s b’rebħa konvinċenti ta’ 8-3 fuq Alfred Attard filwaqt li ż-żagħżugħ Elcid Aquilina rebaħ il-kategorija taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax–il sena.





Leave a comment