Ċinturin Iswed ieħor għall-Ying Yang Team Noel Kickboxing

Saturday, August 23, 2014, 23:35

F’Lulju l-Federazzjoni Maltija tal-Kickboxing (MKBF) organizzat eżami f’din id-dixxipina. Madwar 50 student minn erba’ klabbs Maltin tal-Kickboxing ġew eżaminati biex jiksbu ċ-ċinturin li jmiss.

35 minnhom jitħarrġu taħt Master Noel Mercieca, il-fundatur tal-Ying Yang Team Noel Kickboxing. Kollha kemm huma taw prestazzjoni eċċellenti tat-tekniki kollha tal-Kickboxing li huma parti mis-sillabu. Fl-aħħar parti tal-eżami kull grupp kellu japplika dak li tgħallem waqt “sparring” ma’ studenti oħra. Anki jekk dan kien biss eżami l-atleti kollha kellhom jilbsu t-tagħmir kollu ta’ protezzjoni għal raġunijiet ta’ sikurezza.

L-istudenti u ċ-ċinturini rispettivi tagħhom kienu: Isfar:Karl Demicoli, Vanessa Mizzi, Claire Gerrada, Jesdre Piscopo, Matthew Cachia, Lydon Micallef, Jeffrey Azzopardi, Jan Cassar, Carlo Antonio Lia, Claude Pisani, Tristan Camilleri, Elvin Spiteri, Alison Vella, Ramona Briffa, Yan Żammit, Andre Dalli; Oranġo: Jack Daniel Abela, Simon Attard, Enrique Galea, Carlos Farrugia, James Grech, Matthew Brown, Jaiden Cassar, Ramona Magro, Ryan Cini; Aħdar: Piotr Kudella, Aiden Azzopardi, Clayton Desira..

Courtney Vella, student ta’ 12-il sena minn Team Noel, ingħaqad wkoll mal-għadd ta’ atleti tal-klabb li għandhom iċ-Ċinturin l-Iswed tal-1st Dan. Ilu jitħarreġ mal-klabb għal dawn l-aħħar sitt snin u ħa sehem f’kompetizzjonijiet kontra atleti lokali u barranin. Diġà rrappreżenta lil Malta u rebaħ it-taqbidiet tiegħu fil-Kickboxing. Huwa kkompeta u rebaħ ukoll f’taqbida tal-boxing.

Minkejja li huwa “junior” Vella ġie eżaminat fuq l-istess kriterji tal-atleti akbar minnu li jagħmlu l-eżami għaċ-Ċinturin l-Iswed tal-Ewwel Dan. Huwa ġie ttestjat dwar kif jagħmel u jgħallem tekniki tal-Kickboxing, kif jieħu ħsieb il-lezzjoni u 12-il taqsima “sparring”.

F’Settembru 12-il atleta minn Team Noel se jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjoni fl-Isvizzera organizzata mill-World Kickboxing Network (WKN). Għal aktar informazzjoni żuru l-paġna tal-facebook tal-Ying Ying Yang Kickboxing Club jew ikkuntattjaw lil Master





Leave a comment