Ċikliżmu:John Zammit ikkonfermat President filwaqt li Joe Bajada maħtur Segretarju Ġenerali

Friday, December 11, 2015, 18:16

Gavin Muscat

Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

John Zammit li ilu għal iktar minn 50 sena fix-xena taċ-Ċikliżmu lokali ser jibqa fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għal sentejn oħra wara li ma kienx ikkontestat waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali. Zammit s’issa ilu 12 il-sena fit-tmun tal-Federazzjoni. Biex jgħinu fit-tmexxija, waqt l-istess Laqgħa Annwali Ġenerali kien maħtur bħala Segretarju Ġenerali Joe Bajada li f’din l-aħħar sena serva bħala Aġent Segretarju Ġenerali tal-istess Federazzjoni. Bajada li huwa amministratur u ġurnalista sportiv ewlieni f’Għawdex ilu għal bosta snin midħla tal-Federazzjoni u kien bil-ħidma intensiva tiegħu li tappa tat-Tour Internazzjonali ta’ Malta li bdiet issir fil-gżira Għawdxija. Din ser tkun l-ewwel darba li fi ħdan il-Federazzjoni, pozizjoni għolja ser tkun okkupata minn Għawdxi. Novita’ oħra fil-karigi tal-uffiċjali tal-Federazzjoni għas-sentejn li ġejjin kienet li Daniel Borg Oliver ħa post Austin Camilleri bħala Teżorier.

 





Leave a comment