Ċikliżmu: Esperjenza utli għat-tim Nazzjonali fir-Rumanija

Wednesday, June 15, 2016, 12:10

Gavin Muscat

Esperjenza utli għat-tim Nazzjonali

It-tim Nazzjonali Malti taċ-Ċikliżmu għadu kif ħa sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tour ta’ Bihor, f’Oredea fir-Rumanija, bis-sehem ta’ 7 ċiklisti li kienu: Etienne Bonello, Maurice Formosa, James Mifsud, Christian Formosa, William Hili, Mark Bonnici u Alexander Pettett. Il-grupp kien immexxi mis-Segretarju Ġenerali tal-Fedrazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Joe Bajada li kien assistit minn Frank Dimech bħala uffiċjal, kif ukoll Joseph Buttigieg sports massage therapist. Matul dan it-tour, iċ-ċiklisti Maltin kollha wrew impenn minkejja li l-isfortuna għamlet ukoll il-parti tagħha.

F’din l-ewwel edizzjoni ħadu sehem 23 tim, fosthom 5 Nazzjonali fejn barra dak Malti kien hemm ukoll dawk tar-Rumanija, Greċja, Moldova u Serbia. Kien hemm timijiet profesjonali oħra li pparteċipaw fejn uħud minnhom ġieli anke ħadu sehem fil-Giro d’Italia u t-Tour de France bħal Androni Giocattoli-Sidermec, D’Amico Bottecchia, Meridiana u oħrajn.

Etienne Bonello wera l-esperjenza tiegħu meta rnexxielu jispiċċa dejjem bl-istess ħin tal-grupp ta’ quddiem minkejja t-tlielaq diffiċli mhux biss għal ambjent naturali tagħhom, iżda wkoll li kellhom jikkompetu ma’ ċiklisti professjonali b’uħud minhom anke ħadu sehem fit-Tour de France, Giro d’Italia u l-Vuelta ta’ Spanja.

Iżda l-isfortuna ħakmet uħud miċ-ċiklisti Maltin fejn James Mifsud kellu l-ħsara fir-rota fit-tieni ġurnata tat-Tour (1st Stage) meta kellu problema biċ-chain catcher,  kif l-istess ġralu Maurice Formosa fit-tielet ġurnata tat-Tour (2nd Stage) fejn meta kien mal-grupp ta’ quddiem intlaqat minn ċiklista ieħor minn wara u dan faqalu c-changer u b’hekk ukoll bħal Mifsud kellu jabbanduna t-tour.

Fit-tieni ġurnata (1st Stage) fuq distanza ta’ 120km, apparti James Mifsud li kellu jieqaf mit-tiġrija, kien hemm ukoll Christian Formosa, William Hili u Mark Bonnici li daħlu wara l-ħin stipulat ta’ 28 minuta mir-rebbieħ u għalhekk skond ir-regoli tal-UCI dawn twaqqfu milli jkomplu t-Tour fil-jumejn li kien għad fadal.

Madankollu globalment din kienet okkażjoni oħra fejn bla dubju ċ-ċiklisti Maltin akkwistaw esperjenza ferm utli fid-dawl tal-parteċipazzjoni fi żmien sena fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f’San Marino. Joe Bajada radd ħajr lil kollegi Frank Dimech u Joseph Buttigieg kif ukoll li ċ-ċiklisti kollha tal-impenn tagħhom. Huwa rringrazzja wkoll lil Kumitat Olimpiku Malti u Sport Malta tal-għajnuna tagħhom f’din il-mawra fir-Rumanija. L-impenn u l-imġieba murija mill-kontinġent Malti kienet imfaħħra u anke apprezzata mill-organizzaturi Rumeni, fejn dawn ġa uffiċjalment stiednu lit-tim Malti biex jieħu sehem fit-tieni edizzjoni ta’ dan it-Tour li mistennija li ssir f’Ġunju 2017.

 ————————————————————————————————————————————————————-

James Mifsud u Marie Claire Aquilina jirbħu t-tieni Time Trail għas-sena 2016

James Mifsud tat-Team Greens ikkonferma l-forma tajba li ghaddej biha bhalissa meta rnexxielu jirbah it-tieni tiġrija ta’ kontra l-ħin għal dan l-istaġun organizzata mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu li saret nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016 fuq distanza ta’ 24 kilometru fil-korsa tal-Bypass tal-Mriehel. Huwa rnexxielu jgheleb lil líder u champion Wayne Spiteri ta’ Mosta AF Sign Studio CC biex issa jinsabu jillidjaw flimkien il-klassifika generali tal-Kampjonat tat-Time Trial. Fit-tielet post spicca Steve Sciberras ta’ Agones SFC.

Fil-Kategorija Feminili, Marie Claire Aquilina ta’ The Cyclist kompliet6 tikkonferma il-forma qawwija u konsistenti tagħha meta regghet spiċċat l-ewwel biex issa tinsab tillidja b’punti massimi. Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji. It-tiġrija li jmiss hija dik tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq nhar il-Ħadd li 12 ta’ Gunju fuq distanza fuq iċ-ċirkwit Ta’ Penellu fil-Mellieha.

—————————————————

Riżultati kollha

-Irġiel

-Elite

1st Mifsud James                 Team Greens                      00:34:37

2nd Spiteri Wayne               Mosta AF Sign Studio CC       00:35:24

3rd Bonello Etienne              Agones SFC                                00:36:02

-Juniors

1st  Muscat Kurt                  Mosta AF Sign Studio CC       00:37:12

2nd Attard Montaldo Nicholas        The Cyclist CC                     00:38:32

3rd Isaac Spiteri                  The Cyclist                         00:40:12

-Femminili

1st Marie Claire Aquilina       The Cyclist CC                    00:38:26

2nd Pullicino Marion             Agones SFC                                00:41:39

3rd Alexandra Matulova                Team Greens                      00:46:50

-Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

F15  – Pace Asciak Veronique        Mosta AF Sign Studio CC       00:25:43

M15 – Julian Gauci               Mosta AF Sign Studio CC       00:22:02

40+ – Michael Camilleri         Team Greens                      00:36:19

50+ – Farrugia Nicky            Mosta AF Sign Studio CC       00:39:45

60+ – Camilleri Emmanuel    Mosta AF Sign Studio CC       00:42:43

 ————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Marie Clarie Aquilina

James Mifsud

 





Leave a comment