Christian Formosa u Marie Claire Aquilina jirbħu l-ewwel Road Race tal-2017

Tuesday, May 16, 2017, 21:08

Joe Bajada

Il-Kampjonat tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu  beda nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2017 bl-ewwel tiġrija minn tlieta li saret fuq distanza ta’ 56 kilometru f’San Martin. Għaċ-ċiklisti tal-Klubb The Cyclist kienet ġurnata mill-aqwa fejn Christian Formosa rebah il-Kategorija tal-Elite, Nicholas Attard Montaldo rebah dik tal-Juniors, filwaqt li Richard Hill u Steven Andrew Bell dawk tal-Masters 40+ u 50+ rispettivament. Marie Claire Aquilina (Team Greens) rebhet il-Kategorija Feminili.

Christian Formosa temm is-seba’ dawriet f’ħin ta’ 1:43:06.01 b’vantagg ta’ 01:57.23 fuq Marco Fiorilla (Pro Action All Stars) u 01:57.37 vantagg fuq huh Maurice Formosa tal-istess The Cyclist.

Il-Kategorija Feminili kienet iddominta minn ċiklisti ta’ Team Greens fejn spiccat l-ewwel Marie Claire Aquilina f’hin ta’ 1:23:09., b’vntagg ferm zghir ta’ 00:00.27 fuq sehbietha Michelle Vella Wood. Stephanie Alden (The Cyclist) spiccat it-tielet b’distakk ta’ 00:12.30.

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji. It-tiġrija li jmiss hija l-ewwel waħda tal-Kampjonat Nazzjonali Time Trial li ser issir nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju fil-By-pass tal-Mrieħel.

Riżultati kollha:

Elite

1. Christian Formosa – The Cyclist                          1:43:06.01

2. Marco Fiorilla – Pro Action All Stars                     1:45:03.24

3. Maurice Formosa – The Cyclist                           1:45:03.38

Femminili

1. Marie Claire Aquilina – Team Greens                   1:23:09.54

2. Michelle Vella Wood – Team Greens                    1:23:09.81

3. Stephanie Alden – The Cyclist                             1:23:21.84

Juniors

1. Nicholas Attard Montaldo – The Cyclist                         1:33:24.10

2. Isaac Spiteri – The Cyclist                                  1:44:05.56

Rebbieħa tal-Kategoriji l-oħra

Under 15 M/F

1. Nikol Micallef – Mosta AF Sign Studio CC              33:40.83

2. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC 34:24.36

3. Mika Zammit – Agones SFC 35:30.88

Masters 40+

1. Richard Hill – The Cyclist                                   1:18:31.91

2. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC                    1:18:32.09

3. Kelvin Goodwin – Agones SFC                             1:22:06.62

Masters 50+

1. Steven Andrew Bell – The Cyclist                        1:18:36.55

2. Joseph Micallef – The Cyclist                              1:22:21.19

3. Chris Iwanik – B’Kara St.Joseph SC                     1:46:04.44

Masters 60+

1. 86 Emmanuel Camilleri – Mosta AF Sign Studio CC 1:23:30.04

Christian Formosa





Leave a comment