Chris Peplow u Brian Cini eliminati

Monday, July 27, 2015, 20:27

Gavin Muscat

2015 IBSF World Under-21 (Men & Women) Championships

L-avventura taż-żewg players Maltin fil-Kampjonat Dinji  tas-Snooker ta’ taħt il-21 sena, organizzat mil IBSF fir–Rumanija, ġiet fi tmiema meta Chris Peplow ġie eliminat fil-fażi tal-aħħar 32, meta tilef kontra il-player Ingliż, Ashley Carty, bl-iskor ta’ 5-3, filwaqt li Brian Cini rebaħ il-logħba tiegħu fil-fazi tal-aħħar 32, meta għeleb lill-player Korean, Daegyu Lee bl-iskor ta’ 5-0, fejn Cini għamel 3 breaks ta’ 60, 60 u 70, pero wara  ġie eliminat fil-fażi tal-aħħar 16, meta tilef kontra l-Irlandiż Josh Boileau bl-iskor ta’ 5-1.

Il-progress tal-players Maltin:

Chris Peplow 4-3 Man Hoi Leong(Hong Kong)

Chris Peplow 3-5 Ashley Carty(Ingilterra)

___________________________________________

Brian Cini 4-2 Abdelrahman Abdelhamid(Eġittu)

Brian Cini 5-0 Daegyu Lee (Korea t’Isfel)

Brian Cini 1-5 Josh Boileau (Irlanda)

 





Leave a comment