Chris Micallef vs Michael Mifsud f’Replay

Wednesday, March 10, 2010, 11:24

minn Josef Galdes

Qed nikteb wara l-argument li nqala’ nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu, 2010 fil-programm Replay, bejn il-preżentatur Chris Micallef u l-player Internazzjonali Malti Michael Mifsud. Dan kollu nqala’ minħabba li l-ġurnalisti ta` Replay intervistaw lil ex coach internazzjonali Malti Horst Heese. Heese ikkummenta fuq is-sitwazzjoni ta` Mifsud u għalfejn kien għadu bla club. Fl-opinjoni tiegħi dan il-kumment kien żejjed u Mifsud irvilla bir-raġun. Mingħajr ma nidħol fil- mertu tas-sitwazzjoni jien naħseb li kemm il-ġurnalisti ta` Replay kif ukoll Michael Mifsud għandhom biċċa raġun. Replay dejjem kienu wara Mifsud u hawn kellhom raġun, min-naħa l-oħra Mifsud kellu raġun li jirvilla bil-kummenti ta`Heese. Bi ftit ta`sens komun naħseb li kollox kien jirranġa. Fl-opinjoni tiegħi naħseb li Replay kellhom jeditjaw il- kumment ta`Heese fejn jinsulenta lil Mifsud, u dan wara li ħadlu ftit flus mhux ħażin … x`wicc tost dak ta’ Heese.

Chris Micallef vs Michael Mifsud f'Replay Net TV

Chris Micallef vs Michael Mifsud f'Replay Net TV

Min-naħa tiegħu naħseb li Mifsud minkejja li kellu raġun li jirrabja, esaġera xi ftit meta qal li se jieħu passi legali. Naħseb li bi ftit ta` komunikazzjoni u iktar attenzjoni miż-żewġ naħat dan kollu seta’ ġie evitat. Jien nafu personali lil Mifsud u vera qabżitlu dak inhar. Għal kuntrarju li qal Heese,  m`għandux karattru imnejjek. Naħseb li Hu mnejjek għax ħa flus li ma kinux tiegħu.





4 Comments

  1. The Viking says:

    u int fej taf x’ha w ma hax?..mhux kulhadd jghid li jrid. Il-borma min ihawwadha jkun jaf x’fiha mhux int jew jien

    [Reply]

  2. dumpy says:

    pastazata minn naha ta michael. Il-player missu nfexx f’horste heese u mhux fi chris micallef

    [Reply]

  3. linu says:

    michael mifsud imissu mar ma sliema…..

    [Reply]

  4. Gordy Attard says:

    Naqbel mieghek perfettament. Kemm Mifsud u kemm ta Replay ghandhom bicca ragun. Ta Heese ghalija setaw editjawha ghax il-mod kif tkellem u mod li kullhadd kieku ireagixxha bhal Michael.

    Ta Replay nemmen li dejjem taw exposure u kienu wara Mifsud u ma naqbilx ma Michael li pprovaw isabtuh ma l-art ghax semmew f’rubrika li seta inaqad ma diversi clubs l-ingilterra. Din l-informazzjoni tinsab fuq l-internet li nemmen li ta Replay ghamlu ricerka u ghaddewha lis-segwaci ta Mifsud.

    [Reply]

Leave a comment