Chris Lautier jikkontrolla logħba valida mill-UEFA Europa League ġewwa l-Albanija

Tuesday, July 5, 2011, 16:35

minn Cristian Muscat

Il-FIFA Referee Christopher Lautier se jikkontrolla logħba valida mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League bejn KS Flamurtari tal-Albanija u FK Buducnost Podgorica tal-Montenegro. Il-membri l-oħra tat-tim tar-referees se jkunu l-FIFA Assistant Referee Edward Spiteri kif ukoll Thomas Debona bħala t-tieni assistent. Paul Caruana se jkun ir-raba’ uffiċċjal. Din il-logħba se tintlgħab fi Flamurtari-Vlora ġewwa l-Albanija nhar is-7 ta’ Lulju.





Leave a comment