- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Chris Agius jawgura lil Victoria Schulteis fuq ir-rebħa storika għal-Malta

Posted By Sportinmalta On July 12, 2016 @ 10:39 pm In Featured,Other,Sailing | No Comments

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius jawgura lil Victoria Schulteis li rebħet l-ewwel medalja tad-deheb għall-Malta waqt il-Kampjonati Dinjija tal- Ibburdjar fil-kategorija Optimist li saru fil-Portugall.

Dan kien riżultat storiku għal pajjiżna, għall-isport partikolari u speċjalment għal din iż-żagħżugħa ta’ 14-il sena, li s-sena li għaddiet rebħet medalja tal-bronz fil-Kampjonati Ewropej. Schulteis kienet segwita minn Helena Wolff tad-Danimarka u Jodie Lai ta’ Singapore fit-tielet post.

Fl-istess kompetizzjoni imma fil-klassi Bronz tal-kategorija tal-irgiel, kien qed jieħu sehem Jake Satariano li spiċċa fit-tielet post.

Victoria Schulteis


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/chris-agius-jawgura-lil-victoria-schulteis-fuq-ir-rebha-storika-ghal-malta/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.