Charlie Aquilina rebbieħ tal-FISTF Satelite Tournament

Monday, September 30, 2019, 12:14

Bormla Subbuteo Club organizza Turnew-Satelita bil-kolaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Bormla fil-każin tal-Banda San Ġorġ. Is-Sibt, fil-kategorija tat-timijiet Bormla Subbuteo Club Tim B ħarġu rebbieħa, filwaqt li fit-tieni post ġew Valletta Lions TFC u Valletta SC Tim Ċ magħmul minn plejers żgħażagħ taħt il-15-il sena.

Il-Ħadd saret il-kompetizjoni Open, fejn wara l-istadji tal-gruppi, fil-kwarti tal-finali Charlie Aquilina ta’ Bormla Subbuteo Club rebaħ kontra Tristan Fenech tal-istess Bormla SC 5-2. Josef Camilleri ta’ Bormla SC tilef kontra Jurgen Balzan tal-Belgjani Stembert SC 2-5. Mauro Camilleri ta’ Bormla SC ġie eliminat minn sieħbu Hansel Mallia 2-5, bl-aħħar kwarti tal-finali tkun b’żewġ plejers oħra Bormliżi, fejn John Zammit elimina lil George Ebejer 3-2.

Fis-semifinali Charlie Aquilina għeleb lil Jurgen Balzan 2-0 u fis-semifinali l-oħra Hansel Mallia elimina lil John Zammit 3-1.

Il-Fiinali  rat logħba kbira miż-żewġ plejers ta’ Bormla SC, fejn Charlie Aquilina għeleb lil Hansel Mallia bl-iskor ta’ 4-3. Is-semi finalisti kienu Jurgen Balzan u John Zammit.

Fil-kompetizjoni  ta’ konsolazzjoni, Jamie Bonnici ta’ Palermo CT għeleb  lil Mario Fleri Soler ta’ Attard SC 4-0, bis-semifinalisti mill-klabb ta’ Ħ’Attard  Spencer Conti u Isaac S Camilleri.

Il-kompetizzjoni li jmiss se tkun satelite oħra bejn it-12 u t-13 ta’ Ottubru 2019.





Leave a comment