Charlie Aquilina Champion tad-dinja tat-Table Football

Wednesday, September 5, 2018, 8:02

Tmiem il-ġimgħa pożittiv għall-Malta fi Table Football. Deheb għall-Malta meta Charlie Aquilina rebaħ it-titlu ta’ Champion tad-dinja.  It-tazza tad-dinja ġiet organiżżata ġewwa Ġibilta.

Is-Sibt kien hemm il-kompetizzjonijiet individwali, b’aktar minn mitejn atleta minn tmintax-il pajjiż differenti.  Malta ipparteċipat fil-kategorija ‘Open’ bil-plejers Derek Conti, Massimo Cremona, Samuel Bartolo u Joseph Borg Bonaci.  Kollha għaddew il-fażi tal-gruppi. Massimo Cremona wasal sal-aħħar 32 meta nqala mil-Malti Samuel Bartolo bl-iskor ta’ 3-0.  Derek Conti wkoll nqala fl-aħħar 32 kontra il-Malti Joseph Borġ Bonaċi fejn l-iskor kien 3-2.  Samuel Bartolo wasal sal-aħħar sittax u nqala mit-Taljan Saverio Bari bl-iskor ta’ 3-2.  Joseph Borġ Bonaċi kien l-aktar wieħed li avanza f’din il-kategorija meta wasal sal-kwarti tal-finali, imma sfortunatament ġie mwaqqaf mil-Belġjan Justin Leroy fejn tilef bl-iskor ta’ 2-1.  It-Taljan Matteo Ciccarelli kien ir-rebbieħ f’din il-kategorija b’hekk rebaħ it-titlu ta’ Champion tad-dinja.

Charlie Aquilina, Joseph Mifsud, Mario Camilleri, Jason Pisani flimkien ma’ John Żammit kienu qed jirrapreżentaw lil Malta fil-kategorija tal-veterani.  Il-Maltin kollha għaddew il-fażi tal-gruppi.  Jason Pisani u John Żammit waslu sal-aħħar 32. Jason Pisani lgħab kontra l-ispanjol Luis Lopez fejn sal-ħin barrani l-iskor baqa dak ta’ 2-2, b’hekk ingħataw ix-‘shots’ fejn l-ispanjol ħareġ rebbieħ (4-3).  John Żammit lgħab kontra l-plejer minn Ġibilta John Field u tilef bl-iskor ta’ 4-3.  Joseph Mifsud u Mario Camilleri wasslu sal-aħħar sittax.  Joseph Mifsud tilef il-logħba kontra l-plejer minn Ġibilta Patrick Dean (1-0) u Mario Camilleri tilef kontra l-plejer Taljan Gianfranco Calonico (1-0).  Izda f’din il-kategorija ħarġet rebbieħa Malta, meta l-plejer Malti Charlie Aquilina, baqa għaddej sakemm rebaħ l-unur ta’ Champion tad-dinja.  Charlie Aquilina rebaħ is-semifinali kontra t-Taljan Gianfranco Calonico (3-2).  Fil-finali kellu logħba intensiva kontra l-Belġjan Pascal Scheen, imma Aquilina ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-1.  Dan l-unur jfisser ħafna għall-Maltin għax qatt ma ntrebaħ f’din il-kategorija.

Jurgen Balzan kien qed jirrapreżenta lill-Malta fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena.  Jurgen Balzan wasal sal-kwarti tal-finali fejn lgħab kontra t-Taljan Nicolo Borgo u tilef bl-iskor ta’ 5-1.  Iċ- Champion ta’ din il-kategorija ntrebaħ mit-Taljan Marco Di Vito.

Il-Ħadd kien hemm il-kompetizzjonijiet tat-timijiet.  Malta ħadet sehem fil-kategoriji Open u Veteran.  It-tim ta’ l-Open kien iffurmat minn Derek Conti (Kaptan), Samuel Bartolo, Massimo Cremona, Joseph Borġ Bonaċi u Jurgen Balzan.  It-tim Malti għadda l-fażi tal-gruppi fit-tieni post u baqa sejjer sal-kwarti tal-finali.  Fil-kwarti tal-finali kellhom logħba kombatuta kontra tim Taljan, fejn sa tmien l-ewwel taqsima l-Maltin kienu minn fuq izda sa tmien irnexxilhom jġibu id-draw (1-1).  Fil-ħin barrani l-Maltin kienu sfortunati għax wara ftit ħin temmew l-avventura tagħhom bil-Golden Goal ta’ Matteo Ciccarelli.  Spanja rebħu t-titlu f’din il-kategorija.

It-Tim tal-Veterani kien iffurmat minn Charlie Aquilina (kaptan), Jason Pisani, Joseph Mifsud, Mario Camilleri u John Żammit.  Sfortunatament it-tim tal-veterani ma rnexxilhomx jgħaddu mil-fażi tal-gruppi.  It-Taljani rebħu din il-kategorija.

Il-kontinġent Malti wasal lura Malta kmieni dalgħodu.  L-MTFSA filwaqt li ferħet lil Charlie Aquilina għall-unur li ġab lil Malta u għalih personali, saħqet li tħossa kburija li għalkemm bħala assoċjazzjoni mhux kbira, jirnexxila tgħamel isem lill Malta bl-unuri li tikseb.





Leave a comment