Charles Muscat iħalli din id-dinja

Thursday, January 13, 2011, 21:56

minn Catherine Micallef.

Illum tħabbret il-mewt ta’ Charles Muscat, magħruf bħala ‘l-Baħri’, li kien jagħlaq 48 sena proprju llum.
Muscat beda u temm il-karriera tiegħu ma’ Biżebbuġa St Peter’s FC, iżda lagħab għal bosta snin fl-ogħla livelli tal-futbol Malti ma’ St Patrick’s FC u Żurrieq FC.
Fl-istaġun 1983-84 huwa rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena u lagħab ukoll mat-tim nazzjonali.

Il-Kumitat ta’ Birżebbuġa St Peter’s FC jesprimi s-sogħba tiegħu għal din it-telfa u jagħti l-kondoljanzi lill-familja, qraba u ħbieb, li Charles tant kellu. Il-ħsieb tagħna f’dan il-mument imur partikolarment għall-mara Marlene u ż-żewġt itfal tiegħu Keith u Alex, li anke huma jilagħbu mal-klabb tas-Saint Peters u man-nursery ta’ B’Buġa Windmill.

Il-funeral se jsir nhar is-Sibt 15 ta’ Jannar fit-8.30am fil-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.





1 Comment

  1. Kevin Mullarkey says:

    RIP dear cousin. You’ll be sorely missed. My trips to Malta will never be the same again.

    [Reply]

Leave a comment