Charles Degiorgio b’rebħa oħra

Wednesday, March 17, 2010, 18:36

It-Tnejn filgħaxija fil-korsa ta’ Mantorp fl-Isvezja s-sewwieq u trainer professjonali Malti Charles Degiorgio rega kellu suċċess ieħor. Din id-darba permezz taż-żiemel Olandiz Ygor Of Pass f’tiġrija fuq distanza ta’ 2140m u bil-bidu bil-karozza tat-tluq. Dan iz-żiemel, iben l-Amerikan Incredible Crafts, ħareg rebbieħ f’medja ta’ 1.16.4″ minn Most Important (Thomas Jonsson) u Hasard Ribb (Bjorn Goop). Iż-żiemel rebbieħ għandu ħames snin u hu propjeta’ Maltija tal-kumpanija Sammut Concrete Supplies Limited.

Intant l-Erbgħa, Degiorgio jerga jkun impenjat f’tiġrija oħra din id-darba fil-korsa ta’ Solvalla u fuq distanza ta’ mil. Hu se jsuq liż-żiemel Yamaha Brodde.





Leave a comment