Ċeremonja tal-preżentazzjoni tal-Malta Employees Sports Association

Wednesday, September 27, 2017, 19:18

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima, waqt iċ-Ċeremonja ta preżentazzjoni, ippreżenta l-unuri kollha tal-Malta Employees Sports Association (MESA) għall-istaġun 2016-2017.

Is-Segretarju Parlamentari filwaqt li rringrazzja lil kumitat tal-MESA tax-xogħol siewi li jagħmlu, saħaq li “aħna bi dmir li nkomplu nħeġġukom biex intom. l-atleti, tkomplu ttejbu il-prestazzjoni sportiva tagħkom u biex ukoll tħeġġu lil sħabkom biex jimxu fuq l-eżempju tagħkom u b’hekk ikollna iżjed atleti Maltin biex jirrapreżentaw lil pajjiżna.”

Clifton Grima kompla jgħid li “Għandna ningħaqdu sabiex nassiguraw li bħala pajjiz nibqgħu parteċipi f’attivitajiet bħal dawn u b’hekk nagħti l-kelma tiegħi li se nagħti appoġġ sħiħ lill-MESA u għall-attivitajiet simili bħal dawn”

L-attivitajiet li ġew organizzati mill-MESA matul l-istaġun li għadda kienu jinkludu Football, Atletika, Badminton, Bowling, Darts, Pool, Snooker, Table Tennis u Volleyball.

L-akbar attivita’ bħas-soltu kienet fil-Football, fejn xejn anqas minn 30 team ħadu sehem f’kampjonati 8-a-side u 5-a-side. It-timijiet tal-Bank of Valletta ddominaw l-ewwel u t-tieni diviżjoni tal-kampjonati 8-a-side, bl-APS Bank jirbħu t-tielet diviżjoni. Fil-kampjonat 5-a-side l-unuri marru għand it-tim mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.

Matul l-istaġun ġew organizzati tliet road races fuq id-distanza ta’ 5 kilometri, li bejniethom attiraw il-partecipazzjoni ta’ madwar 200 atleta. Andrew Grech (Malta Police) rebaħ tnejn u spiċċa t-tieni fl-oħra, waqt li Mario Grech (AFM) rebaħ tiġrija waħda u spiċċa t-tieni f’oħra. Fil-kategorija femminili, l-aħjar riżultati nkisbu minn Gianella Bugeja (Transport Malta) li rebħet tnejn minn dawn it-tliet tiġrijiet.

Dawn bla dubju kienu l-aktar avvenimenti popolari matul l-istaġun għall-MESA, fejn huwa kkalkulat li aktar minn elf ħaddiem ħadu sehem b’kollox fid-diversi attivitajiet li ġew organizzati matul dan l-istaġun.

Il-MESA kisbet ukoll suċċess notevoli dan is-sajf meta ħadet sehem fil-21 edizzjoni tal-European Company Sport Games li saru ġewwa Ghent, il-Belġju. Atleti li rrappreżentaw lill-MESA f’dan il-logħob ħadu sehem fl-Atletika, il-Badminton, il-Bowling u t-Table Tennis u ntrebħu żewg midalji tad-deheb – wahda fl-Atletika permezz ta’ Mario Grech (AFM) fil-5,000 metru fuq it-track u l-oħra mit-tim tal-Badminton fil-kategorija Open. Atleta ieħor, George Vella (Housing Authority) rebaħ midalja tal-fidda fit-800 metru fuq it-track ukoll.





Leave a comment