Ċaw Joe, merħba Norman !

Thursday, August 19, 2010, 23:26

minn Sandro Micallef

Wara li ftit tal-ġimgħat ilu saret l-elezzjoni għall-President tal-Malta Football Associaton, id-delegati tal-Clubs kif ukoll il-membri tal-Kunsill li kellhom dritt għall-vot flimkien mal-Assoċjazzjonijiet membri tal-MFA għażlu li jwarrbu bil-pulit lil Dr. Joe Mifsud u fl-istess waqt għażlu li jibda jmexxi b’mod imeddjat il-football Malti Norman Darmanin Demajo .

Joe Mifsud ex MFA President

Joe Mifsud ex MFA President

Intitolajt dan l-artiklu ċaw Joe, merħba Norman speċifikament għaliex irrid insellem b’mod dinjituż lil Joe Mifsud u nagħti merħba u awgurju lil Norman Dermanin Demajo.  Il-President li għamel tmintax –il sena jmexxi l-MFA ħaqqu kull tifhir fuq dak li għamel għal ġid tal-Assoċjazzjoni u ta’dak li wettaq għal ġid tal-football Malti. Dr. Mifsud kellu n-nuqqasijiet tiegħu ukoll, li hu stess kien jaf bihom bħal ma kien jaf bihom kull min hu involut fil-football. Kellu u għad għandu karattru partikolari fejn jekk ma tikkonfrontahx b’argumenti sodi kontra l-argumenti  tiegħu għid żgur li se tgħaddi tiegħu.

Xbajna nismaw Clubs  u individwi involuti fil-football igergru fuq Joe Mifsud, min jgħid li jmexxi fil- Kunsill qisu dittatur, min jgħid li hu arroganti, min jgħid li selvaġġ u min jgħid li kien jiġbed wisq għal MFA u ma jagħti xejn lil Clubs.  Jien ma nifforma parti minn ebda Club iżda nista’ nimmaġina għaliex forsi fost għajn ħafna nies ma kienx jitniżżel tajjeb magħhom Joe Mifsud. Biex tmexxi assoċjazzjoni bħal ma hi l-MFA trid tkun mutur, u trid tkun kelb għax-xoghol, u hekk kien Joe Mifsud f’dawn it-tmintax –il sena li ilu jmexxi l-MFA. Il-Clubs igergru fuq nuqqas ta’ dixxiplina fil-football Malti u għaliex forsi kellhom President wisq dixxiplinat u rett f’dak kollu li jagħmel igergru xorta. Pero’ min jaf għal liema raġuni vera l-Clubs u l-membri tal-Kunsill tajru lil Joe Mifsud ? Tgħid għax kien il-Viċi President tal-UEFA u  allura għiru għalih? Jew għaliex verament dejjaqhom fil-poter fl-MFA ?

Ma nistax ma nsemmiex lista żgħira ta’ affarijiet pożittivi li għamel Joe Mifsud fil-football fosthom il-bini tas-Centenary Stadium, il-bini tal-Millenium Stand, in-numru impressjonanti ta’ Grounds f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex b’wiċċ ta’ turf sintetiku, fejn illum tgħodd il-grounds li għadhom bir-ramel u mhux viċi versa, insemmu wkoll it-trasferiment tal-kwartieri tal-MFA mill-Belt għal Ta’Qali. L-esperiment tal-partiti tal-Kampjonat lokali imxandra b’mod dirett u l-kampjonat lokali kollu imxandar fuq stazzjon li jintlaħaq minn kulħadd, programm li kien imtella’ mill-MFA stess darba fil-ġimgha fuq stazzjon lokali, id-dħul uffiċjali fir-Referees Convention, it-twaqqif tal-website uffiċjali tal-MFA, stima mill-UEFA lejn il-pajjiż żgħir tagħna. L-aħħar iżda mhux l-inqas l-assi li għandha l-MFA u l-profitti finanzjarji li kienet tagħmel l-Assoċjazzjoni minn sena għal sena.

Min qed jaqra dan l-artiklu jaħsibni xi lagħqi bħal ħafna li kien hemm waqt is-serata tal-għoti ta’premjijiet tal-MFA li xorbu u kielu kemm felħu u ċapċpu wara d-diskors li għamel Dr. Mifsud u fil-Laqgha Ġenerali Annwali tas-7 t’Awissu l-ewwel rajnihom jieħdu b’idejn u jitmasħnu ma’ Joe Mifsud u wara r-riżultat jgħannqu u jbewsu lil Normann Dermanin Demajo.  Pero’ min jafni jaf li mhux lagħqi jien u allura b’wiċċi minn quddiem se nelenka l-lista ta’ affarijeit li ma kontx naqbel magħhom fit-tmexxija ta’ Joe Mifsud.

L-ewwel u qabel kollox kien idejjaqni l-fatt li  jekk ma taqbilx miegħu f’laqgħa tal- Kunsill jipprova jintimidak u jgħajjat miegħek u jġibek tifel quddiem kulħadd, li lil ċertu nies ma jħallihomx jużaw laptop f’laqgħat tal-Kunsill. Ma kontx naqbel ma’ Mifsud ukoll li fil-passat l-partiti tal-Under 21 kienu bi ħlas, ma kontx naqbel ukoll li l-Clubs jew kumpaniji privati kienu jintalbu flus esaġerati bħala kirja biex jużaw ta’ Qali biex jorganizzaw xi partita ta’ ħbiberija. Ma kontx naqbel l-anqas mal-approvazzjoni tal-istess Mifsud ta’match inspectors inkompetenti u li m’għadhomx jaraw minn metru bogħod u li għadhom jassistu lir-referees tagħna, u xi nghidu għal meta Dr. Mifsud baqa’ jwebbes rasu li l-MFA ma toħroġx il-famuzi season tickets ? Ma kontx naqbel ukoll li nies fil-Malta Football Association li ma jafux jekk il-ballun huwiex tond jew kwadru, jingħataw pożizzjonijiet importanti fl-MFA u insomma sensiela ta’ affarijiet li kienu jkidduni lili li nħobb il-football u nixtieq li l-logħba tibqa’ tiżviluppa f’Malta.

Niġu għar-realta’ tal- ġurnata fejn ġie elett b’mod demokratiku u konvincenti Norman Darmanin Demajo li tela’ bl-għajta ta’ Clubs, Clubs u Clubs u iva nemmen li se jkun qed jagħti prijorita lil Clubs u iva nemmen ukoll li ġejja bidla.  Jidher li l-clubs se jkunu qegħdin jibbenefikaw mill-ideat ġodda u friski li Norman Dermanin Demajo, Bjorn Vassallo u Antoine Portelli ħarġu bihom fil-programm elettorali tagħhom. Nemmen ukoll li nifs ġdid u wiċċ ġdid se jgħin lil Assoċjazzjoni Maltija tal-football li tkompli tibni fuq dak li wettaq tajjeb Mifsud iżda fl-istess waqt tifrex tapit ġdid u tibda paġna ġdida f’diversi proġetti  li forsi Mifsud ma kellux biżejjed kuraġġ jimbarka fuqhom.

Norman Darmanin Demajo new MFA President (File photo)

Norman Darmanin Demajo new MFA President (File photo)

Nispera u nittama li l-Clubs ma jiġrux bl-emozzjoni u nittama li l-anqas il-pubbliku in ġenerali ma jħalli l-emozzjoni tiġri bih u jippretendi l-mirakli mil-lum għal għada. Ejja nħallu lil dan it-team jaħdem bil-kwiet u persważ li l-affarijiet jibdew jimxu ‘l quddiem ġurnata b’ġurnata.

Minn hawn nagħmel appell lil dawk li forsi ma ħadmux għat-team ta’ Darmanin Demajo u ngħidilhom biex jirraġunaw b’moħħhom u mhux b’qalbhom. Agħtu s-support tagħkom lit-team il-ġdid u xorta tibżgħux u toqogħdux lura milli tikkritikaw b’mod kostruttiv.

Nawgura li Normann Darmanin Demajo f’din il-kariga ġdida u nawguralu wkoll ħidma immedjata hekk kif jidher li diġa mbarka fuqha. Jidher li l-Honeymoon kien iqsar minn dak previst !!!





7 Comments

  1. The President and all the Commitee are doing great

    [Reply]

  2. meinrad says:

    tjiebet is-sitwazzjoni bejn joe mifsud u norman jew adna ‘l boghod minn amiccizzja ?

    [Reply]

  3. T.R.Pace says:

    Nixtieq nuri s-sodisfazzjoni tieghi u hafna genituri bhali li l-kumitat ta Hibs Nursery taht it-tmexxija ta Norman Buckle rega gab lura lill Twanny Rocco bhala Head Coach. Hemm hafna xoghol x’wiehed ghandu iwettaq.

    Bhal hafna nahseb lit-telqa ta dawn l-ahhar snin nhux ghax gie Twanny biss nistghu nirrangawa. Hemm bzonn li nibdlu l-idejat antikwati u nharsu ftit iktar b ‘vizjoni moderna. Barra dik l-hija amministrazzjoni organizattiva nahseb li hemm bzonn issir xoghol qawwi sbiex jigi mibni settur tekniku minn fost il-coaches. Deher f’dan l-ahhar li ma kien hemmx sens ta direzzjoni. Inhoss li jekk ikollna mexxej wiehed serju u preparat nistghu naslu. Dawn huma ingredjenti li l-H.C. gdid taghna ghandu. Nheggeg lill kumitat specjamlment lill Norman li naf kemm jahdem ghal gid ta’HIBS sabiex jghin u jara li kull Coach Minn U6 sa U17 jahdem skond il-programm tal-H.C. Kellna hafna li irridu imexxu ghal rashom. Nhoss li dan huwa l-iktar punt ta djufija fin Nursery taghna. Is-supervja ta xi uhud, li ghadhom jaghmlu training sessions antikwati. Naqbel li Twanny ikompli ikollu parti attiva fis sessjonijiet. Dawk li isegwu ( genituri u ohrajn ) jinnottaw kemm huwa preparatt u jinzel ghal kull livel. Kuragg HIBS NURSERY mhux tazzi biss nixtiequ, Taghlim u edukazzjoni liz-zghazgh taghna .

    [Reply]

  4. julio says:

    Prosit lil Dr Joe Mifsud dejjem.Dr Mifsud huwa bniedem li zgur li s’issa hadd ma lahaq fejn irnexxilu jasal hu.Bniedem li rebah elezzjonijiet fl-Ewropa qabel lanqas konna noholmu li Malta tkun fl-Ewropa.Dan huwa l-akbar unur li ghamel Dr Mifsud.U la tirnexxi fl-Ewropa kif tista ma tirnexxix Malta.Dazgur li ghamel hafna gid u dazgur li qajjem il-futbol MALTI.

    Illum ma fadalx nies ta dak u ta l-iehor, fadal biss nies li jhobbu il-loghba tal-futbol.Id-demokrazija hadmet u r-rizultat kulhadd jafu u kulhadd baxxa rasu u accetta il-bidla.Il-president il-gdid nafuh u rridu naghtuh il-hin sabiex dak li wieghed jibda jitwettaq bil-mod.Ix-xoghol li sab ma wiccu il-President il-gdid huwa enormi ghax il-metodi huma differenti minn president ghall-iehor,izda nemmen li ftit zmien iehor jibdew hergin ir-rizultati mixtieqa jew ahjar dak li gie mwieghed fil-programm eletorali.

    Li huwa zgur hu li Dr Mifsud mhux se jintersa lanqas mill-aministrazzjoni il-gdida u dan qed jintwera bic-car.Fkull okkazzjoni li se jkun hemm sabiex Dr Mifsud jissemma naf zgur li hekk se jsir.Prosit li rajna lil Dr Mifsud il-grawnd fil-loghba kontra Macedonja qrib il-President il-gdid u Prosit kbira lis sur Darmanin Demajo li hatar lil Dr Mifsud President Onorarju. Sinjali pozittivi ta rieda tajba.Prosit DEDE u grazzi DR MIFSUD.Nisperaw li din ma tkunx l-ahhar sinajl ta rieda tajba u f’Marzu nergghu nissaportjawk ghall-UEFA.

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    Grazzi tal-kummenti fit-tul tieghek – sandro

    [Reply]

  5. Mr. Richard Chetcuti says:

    Hi Sandro,
    Thanks for this good article. I as personally, was happy that Mr Norman Darmanin Demajo is the new President of the Malta Football Association. I wish him al the best of luck.Mr Mifsud did good things when he was President but in my opinion,he used to do things that i did not like e;g when i was a delegate of Ta’Xbiex when the club was in the MFA and no idea why they did not continue cause the MFA in those time under Dr. Mifsud would nogt let them in and hope that Mr.Norman Darmanin Demajo might help Ta’ Xbiex next season to get again in their foot to join MFA as here Ta’Xbiex only we have is Waterpolo and Netball.
    The Malta Football Association needed a new blood as other Associations or clubs need new members.
    Hope that Mr Norman Darmanin Demajo with the help of his new team the Malta Football Association wil be in high standard as much better how it was. Good Luck Norman

    [Reply]

    Sportinmalta Reply:

    tks i appreciate – sandro

    [Reply]

Leave a comment