Caruana Scicluna, Frendo Duca rebħu l-Platinum Cup

Wednesday, December 11, 2019, 14:50

Justin Caruana Scicluna ta prestazzjoni impressjonanti matul it-turnament u ħareġ rebbieħ.  Wara li ikkwalifika fir-4 post wara Dennis Mercieca, Matthew Magro u Damian Pisani, Caruana Scicluna spara l-fuq sal-ewwel post fir-Round Robin b’medja rekord ta’ 242 fuq 5 logħbiet, fejn titlef biss logħba waħda kontra Magro fil-process. Magro spiċċa fit-2 post quddiem Mercieca, u għelbu fis-semifinali biex jiffaċcja lil Caruana Scicluna fil-finali. Magro baqa’ għaddej tajjeb fejn lagħab logħba brillanti ta’ 276 kontra 228 ta’ Caruana Scicluna  fl-ewwel logħba, biex sforza decider.  Din kienet taqtigħa sal-aħħar frejm, fejn Magro kellu bżonn 3 strikes  iżda falla t-tieni wieħed biex b’hekk Caruana Scicluna rebaħ 258 kontra 245. Matthew Howard u Mark Spiteri spiċċaw fil-ħames u s-sitt post rispettivament minn 33 kompetitur.

Fil-kompetizzjoni tan-nisa, Cynthia Frendo Duca kienet ikkwalifikat fit-3 post wara Sue Abela u Sarah Xuereb. Imbagħad rebħet 4 minn 5 logħbiet fir-Round Robin biex tikkwalifika għall-finali fl-1 post, quddiem Abela u Tiziana Carannante.  Carannante rnexxiela tegħleb lil Abela fis-semifinali  (188-183) biex b’hekk iffaċċjat lil Frendo Duca.  Carannante rnexxielha tegħleb lil Frendo Duca fl-ewwel logħba (173-177) iżda mbagħad Frendo Duca rebħet lil Carannante fid-decider biex ħarġet rebbieħa tat-Tazza.  Joanna Attard, Sara Xuereb u Melissa Swift spiċċaw fir-4, il-5 u s-6 post rispettivament.





Leave a comment