Carmine Tommasone mistieden waqt SportMalta Awards – L-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Friday, February 22, 2019, 7:26

Hekk kif nhar is-Sibt se tkun organizzata d-59 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, l-kumitat Organizattiv bi pjaċir iħabbar li ċ-ċampjin Taljan tal-Boxing fil-kategorija Lightwieght u ċampjin Interkontinentali tal-WBA Carmine Tommasone se jkun il-mistieden speċjali waqt is-serata.

Tommasone twieled f’Avellino l-Italja fit-30 ta’ Marzu 1984. Hu beda l-karriera fil-boxing fis-sena 2010 fejn kellu l-unur li jirrapreżenta l-Italja fil-kategorija Lightweight fl-Olimpjadi tal-2016 li saru f’Rio De Janeiro l-Brażil.

Tommasone għandu rekord impressjonanti fil-livell Amateur u meta qaleb għall-kategorija ‘Professional’ sa issa għandu xejn inqas minn għoxrin ġlieda li minnhom rebaħ dsatax-il konfront, ħamsa minnhom b’Knock Out kontra l-avversarji tiegħu.

Ġimgħa ilu hu ġġieled għat-Titlu tal-WBO iżda tilef kontra ċ-Champion attwali u holder taċ-ċintorin Oscar Valdez mill-Messiku.

L-avveniment SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se jixxandar dirett fuq TVM2 u Facebook live nhar is-Sibt mis-7.30pm ‘il quddiem.

Filmati mil-links hawn taħt:

https://www.youtube.com/watch?v=xy1TUo98PlU

https://www.youtube.com/watch?v=qOR_Pvy9OdA





Leave a comment