- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Carmine Tommasone jattendi avveniment organizzat mill-Malta Boxing Federation

Posted By Sportinmalta On February 28, 2019 @ 7:36 am In Boxing,Featured,GhGS - 2014 | No Comments

Il-Boxer Ċampjin tal-kategorija Featherweight fl-Italja Carmine Tommasone, li kien il-mistieden tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isportivi Nazzjonali, il-Ħadd attenda għall-avveniment tal-Malta Boxing Federation li sar fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

L-avveniment kien sanzjonat mill-AIBA u preżenti f’Malta kien hawn ukoll il-President tal-MBF Patrick Schaerrer. Il-Boxer Taljan Tommasone kien preżentat b’tifkira tal-okkażjoni mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef u mis-Segretarju Organizattiv Antvin Monseigneur bħala ġest ta’ ringrazzjament talli aċetta l-istedina ta’ SportMalta u l-GħĠS li attenda għall-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali.

Min naħa tiegħu Tommasone irregala lill-Għaqda Ġurnalisti Sports l-ingwanti li uża għall-preparazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Rio 2016, u x-Shorts li bih se jkun qed jiġġieled fis-sena 2019 bil-logo tal-kumpanija Matchroom Sports li hija waħda mill-ikbar kumpaniji ta’ promoturi internazzjonali fix-xena tal-Boxing.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/carmine-tommasone-jattendi-avveniment-organizzat-mill-malta-boxing-federation/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.