Carl Caruana b’riżultat ieħor pozittiv f’Napli

Wednesday, May 5, 2010, 18:41

Carl Caruana jirbah f'Agnano

Wara li s-Sibt fil-korsa ta’ Agnano f’Napli l-Italja s-sewwieq żagħżugħ Malti Carl Caruana rebaħ tiġrija internazzjonali mill-kompetizzjoni Gran Premio delle Tre Continenti meta saq lid-debba Ghineass, il-bieraħ l-istess sewwieq reġa’ kien impenjat f’tiġrija oħra importanti. Din ukoll saret fuq distanza ta’ mil, fl-istess korsa u kienet it-tieni stadju tal-Kampjonat tal-Mediterran tas-sewwieqa.

Caruana saq lit-Taljan Fantastic HBD u kkompeta kontra tmien sewwieqa ohra. Wara li kellu bidu mill-aktar diffiċli fl-ewwel metri, Caruana rnexxilu jirkupra u jtemm it-tielet. Dan wara r-rebbieħ mis-Serbja Ivan Vukov b’Ice d’Ete u t-Taljan Attilio Golia b’Indio Di Mar. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.16.3” fil-kilometru. Mitlub jikkummenta  fi tmiem it-tiġrija dwar dan ir-riżultat tal-Ħadd, Caruana qal li ż-żiemel kien ferm problematiku wara l-karozza tat-tluq. Hu qgħad attent biex ma jbiddilx il-pass u jisfa skwalikat. B’hekk kien ferm żvantaġġjat fl-ewwel metri u biex laħħaq mal-kumplament tal-parteċipanti fid-dritta finali kellu jpoġġi lil dan iz-ziemel jiġri erba’ fuq barra. Is-sewwieq Malti kien akkumpanjat miċ-chairman tal-MRC, Dr Matthew Brincat.





Leave a comment