Careful Now jirbaħ l-avveniment tar-Ranking SB20 f’Birżebbuġa

Tuesday, February 18, 2020, 13:09

Il-ħames tellieqa ranking tal-kampjonat SB20 2019/2020  organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija SB20 u ospitata minn Birżebbuġa Sailing Club, bl-appoġġ ta’ Yachting Malta, saret bejn il-15 u s-16 ta’ Frar.

Il-kundizzjonijiet tat-tbaħħir matul tmiem il-ġimgħa kienu eċċellenti b’żiffa tajba u temp xemxi matul il-jumejn ta’tlielaq.  Ħames dgħajjes ikkompetew u l-assoċjazzjoni laqgħet membru ġdid ieħor – Team Chiara, mal-flotta.

Minbarra t-tlielaq li saru fuq medda ta’ jumejn, is-Sibt wara nofshinar il-membri tal-Klabb ta’ Birżebbuġa ngħaqdu mal-ekwipaġġi tal-SB20 għal tellieqa addizzjonali fejn setgħu jesperjenzaw dawn it-tip ta’dgħajjes. Dan kien segwit minn BBQ għall-parteċipanti kollha fil-Klabb.

Ir-rebbieħa ġenerali tal-avveniment kien it-tim Careful Now (ta’ Barry Hurley), segwit minn Outlaw (Brian Flahive) fit-tieni post. Fit-tielet post spiċċaw il-Maltese Musketeers ta’ Adrian Gauci Borda.

Madankollu, it-tlielaq kienu ferm iktar viċin milli r-riżultati jindikaw, b’kompetizzjoni intensa. Il-korsa  ġew perfettament stabbiliti mill-kumitat organizzattiv, bl-użu ta’ distanzi qosra bejn kull marka sabiex jiġi żgurat li l-ekwipaġġi kellhom sfida tajba il-ħin kollu. B’dan it-tip ta’ korsa, kull manuvra u bidla tar-riħ kienu importanti, hekk kif id-dgħajjes ippruvaw jiksbu vantaġġ fuq il-kumplament tal-flotta.

L-Assoċjazzjoni Maltija SB20 testendi l-gratitudni tagħha lejn l-isponsors Yachting Malta u il- Birżebbuġa Sailing Club tal-ospitalità tagħhom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas grazzi kbira tmur għall-voluntiera u dawk kollha li ħadu sehem f’dan l-avveniment ta’suċċess.

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-SB20 f’Malta, żuru il-paġna ta’ Facebook tal-SB20 Malta Association.





Leave a comment