Camilo jimpressjona fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti

Monday, April 4, 2011, 16:38

Camilo jġib id-draw ta' 3 bi 3 għat-tim tiegħu Vancouver Whitecaps kontra Kansas City fl-Istati Uniti nhar is-Sibt li għadda (Ritratt - www.timescolonist.com)

 minn Cristian Muscat

L-ex plejer ta’ Qormi Camilo Sanvezzo bħalissa qed jilgħab mat-tim Vancouver Whitecaps fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. F’ logħba li lagħbu l-Ħadd li għadda t-tim ta’ Camilo ġie draw ta’ 3 bi 3 kontra Kansas City fejn Camilo kien l-eroj assolut għat-tim tiegħu fejn skorja doppjetta, biż-żewġ gowls jaslu fil-ħin miżjud. Għat-tim Vancouver Whitecaps kien hemm neqsin bosta plejers importanti u Camilo kien determinanti biex isalva punt għat-tim tiegħu. Il-plejer Sud Amerikan kien tajjeb ħafna tul il-logħba kollha specjalment bil-ġiri tiegħu u bil-ħiliet li juri fid-dribbling. L-attakant perikoluż krea xejn inqas minn tleit okkażjoniiet ta’ skor fl-ewwel taqsima iżda ġie mċaħħad milli jiskorja mill-goalkeeper ta’ Kansas City Jimmy Nielsen.

It-tim ta’ Camilo kien qed jitlef bl-iskor ta’ tlieta  b’ xejn meta kien fadal biss karta għal tmiem il-logħba imma l-plejers ta’ Whitecaps Khalfan u Chiumiento qajjmu r-ritmu għat-tim ta’ Camilo. Iżda kien Camilo l-eroj indiskuss għat-tim tiegħu. Atiba Harris skorja għal Whitecaps biez naqqas il-marġni tal-iskor għal żewġ gowls u għamel l-iskor tlieta b’ wieħed u l-logħba marret fil-ħin miżjud fejn hawnhekk assistejna għax-‘show’ ta’ camilo. L-ewwel gowl ta’ Camilo mal-klabb tiegħu wasal meta Chiumiento ġera tajjeb mal-flank leminija u qassam lil Camilo biex dan permezz ta’ tap-in faċli tefa’ ġewwa. It-tini gowl personali tiegħu iżda ma kienx daqstant faċli u ġie wara li Khalfan ġera tajjeb max-xellug u tefa’ kross lejn il-lasta l-iktar imbiegħda fejn Camilo għola biex skorja perezz ta’ daqqa ta’ ras mill-isbaħ fejn tefa’ lis-sostenituri ta’ Vancouver Whitecaps f’ delirju ta’ ferħ biex salva punt għat-tim tiegħu b’ mod inkredibbli.

Camilo jifraħ ma' sħabu wara li skorja doppjetta fil-Major Soccer League (Ritratt - www.football-brazil.com)





Leave a comment