Camilo jerġa’ jiskorja… din id-darba kontra Manchester City

Wednesday, July 20, 2011, 16:23

Ritratt - www.timesofmalta.com

minn Cristian Muscat

Fil-logħba ta’ ħbiberija bejn il-ġganti Ingliżi Manchester City u t-tim Kanadiż Vancouver Whitecaps, il-plejers li kienu fuq fomm kulħadd ma kinux l-istilel tat-tim Ingliż Edin Dzeko jew Balotelli iżda l-istiker ex Qormi FC, Camilo Sanvezzo.

Il-Brażiljan kien magħżul bħala l-plejer tal-logħba b’wirja mill-aqwa fejn kien ta’ periklu kontinwu għad-difiza Ingliża kif ukoll għall-goalkepper tas-City. Wara 19 -il minuta Camilo Sanvezzo ttestja bis-sħiħ lill-goalkeeper ta’ Manchester Ciy Joe Hart fejn dan kellu jagħmel save mill-isbaħ wara freekick mogħti ferm tajjeb mill-istess striker Brażiljan. Camilo kompla jimpressjona u jħawwad id-difiża tas-City billi għadda pass mill-aqwa lil Salinas, dan irritorna lil Camilo biex il-Brażiljan fetaħ l-iskor wara nofs siegħa logħob.

Fil-mistrieh il-kowċ ta’ Vancouver Whitecaps Tom Soehn bidel it-tim kollu u fit-tieni taqsima ħareġ jilgħab bir-reserves tal-istess tim. B’effett ta’ dan, id-differenza fit-tieni taqsima dehret biċ-ċar u fil-fatt Manchster City ħarġu rebbieħa minn dan il-konfront bl-iskor ta’ 2 b 1. Madankollu, Camilo għalkemm lagħab taqsima waħda biss ġie vvuttat il-plejer tal-logħba mill-ġurnalisti preżenti.

Tgħid Qormi FC għad jerġgħu juru interess f’Camilo? Min jaf… nistennew u naraw biż-żmien jagħtina parir!





2 Comments

  1. Zewg Stilel says:

    dak postu mal-belt biss.

    [Reply]

  2. Goleador says:

    Ma narax kif plejer li issa qed jikber minn loghba ghal ohra u qed jaghmel isem barra pajjizu jista’ qatt jasal lura Malta! Mhux meta l-futbol taghna hu dak li hu… Meta forsi
    (a) nibdew ingibu barranin ta’ stoffa,
    (b) ninvestu izjed fit-taqsima taz-zghazagh u naffiljaw lin-nurseries ma’ klabbs barranin tajbin,
    (c) inharsu b’serjeta’ lejn il-kompetizzjonijiet Ewropej u
    (d) inkomplu naqilbu ghall-professjonalizmu (sew fl-amministrazzjoni u l-facilitajiet u sew fl-istaff u l-plejers),
    hemmhekk biss forsi ghad naraw lil xi Camilo lura Malta. Imma sakemm il-qaghda tibqa’ dik li hi llum, ftit hemm futur biex plejers ta’ dal-kalibru jergghu jitfghu l-ankri fostna.

    [Reply]

Leave a comment