Camilleri u Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi fil-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming

Friday, August 14, 2020, 7:54

It-tielet tellieqa tal-Kampjonat tal-Għawm Open Water Garmin BSJ saret fil-Bajja tas-Salina nhar l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu u saret taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta.

Andre Camilleri kien ir-rebbieħ assolut u temm it-tellieqa ta’ żewġ kilometri f’25 minuta u 32 sekonda. Għalkemm ma kienx l-aħjar ħin tiegħu fill-Kampjonat s’issa, xorta kellu titjib fuq il-ħin tat-tellieqa preċedenti. Warajħ daħlet Sarah Demicoli, li għadha tiddomina it-taqsima tan-nisa. It-tielet barra mill-ilma kien Stefano Debono Grech, sekonda wara Demicoli. Huwa ġie segwit ftit wara minn Bernard Sant. Il-battalja għat-tielet post fil-kategorija femminili kien wieħed b’distakk żgħir, meta Leah Satariano spiċċat żewġ sekondi biss qabel Hannah Cutajar

Il-Kampjonat fadallu żewġ tlielaq u il-klassifika ġenerali bħalissa tara lil Andre Camilleri u Sarah Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi tagħhom.

L-aħħar tellieqa ta’żewġ kilometri hija skedata li ssir nhar il-Ħadd 16 ta’ Awwissu fis-07:30, waqt li l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat – tellieqa fuq medda ta’erba’ kilometri ser issir l-Erbgħa 19 ta’ Awwissu fil-17:00. Iż-żewġ tlielaq jsiru fil-Bajja tas-Salina.

Ir-Reġistrazzjonijiet onlajn huma miftuħa u jistgħu jsiru permezz tas-sit elettroniku tal-Klabb  https://bkarastjoseph.com/index.php?id=178

Garmin BSJ Open Water Swimming Competitions – Rizultati

  Irġiel Nisa
1st Andre Camilleri (25:32) Sarah Demicoli (27:08)
2nd Stefano Debono Grech (27:09) Kelsey Borg (28:54)
3rd Bernard Sant (28:20) Leah Satariano (29:45)




Leave a comment