Camilleri, Demicoli, jkomplu jiddominaw l-Arena BSJ Open Water Swimming Championships

Saturday, July 27, 2019, 9:31

L-aħħar tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships,  fuq medda ta’ 2 kilometri, organiżżata mill-Birkirkara St. Joseph Sports Club, taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta, saret ġewwa Għar id-Dud. It-tellieqa ġiet organizzata flimkien mal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali tal-Kunsill Lokali bħala parti mill-isforzi biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni u biex titqajjem kuxjenza dwar attivitajiet sportivi madwar il-gżira.

Ma kienx hemm sorpriżi għall-għawwiema li matul il-kampjonat regorlarment ħadu post fuq il-podju. Dawn baqgħu jipproduċu riżultati konsistenti.

Andre Camilleri, Sam Fleri Soler u Robert Vella kkompletaw il-podju tal-irġiel. Camilleri u Vella dehru regolarment fuq il-podju tal-kampjonat waqt li l-ewwel dehra ta’ Fleri Soler dan l-istaġun rah jieħu t-tieni post.

Sarah Demicoli żammet postha fuq il-quċċata tal-podju, segwita minn Leah Satariano li pproduċiet l-aħjar ħin tagħha għal din is-sena. Fit-tielet post kienet Emilia Galea Testaferrata, li fl-ewwel parteċipazzjoni tagħha din is-sena kisbet post fuq il-podju,

Il-medalji ngħataw lil għawwiema li spiċċaw it-tellieqa, filwaqt li t-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa Overall kif ukoll tad-diversi Kategoriji mis-Sur Michael Fenech Adami, President tar-Reġjun Ċentrali tal-Kunsilli Lokali.

L-aħħar tellieqa tal- Arena BSJ Open Water Swimming Championships hija skedata li ssir nhar l-Erbgħa 31 ta’ Lulju. It-tellieqa se tibda fis-5 ta’ fligħaxija u ser tara lil-għawwiema jirritornaw lura lejn is-Salina għal tellieqa ta ’4 kilometri. Din it-tellieqa ser isservi wkoll bħala tellieqa ta’ kwalifikazzjoni għal dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Malta-Gozo-Malta u Gozo – Malta Open Water Championship.

Ir-reġistrazzjonijiet għat-tellieqa jistgħu jsiru online fuq www.bkarastjoseph.com jew sa siegħa qabel ma tibda it-tellieqa nhar il-Erbgħa.





Leave a comment