Caffè Moak Luxol waħedhom fit-tieni post

Tuesday, January 7, 2014, 14:01

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Starlites Sports Experience 45

Caffè Moak Luxol 60

(13-15)(11-16)(10-10)(11-19)

Caffè Moak Luxol komplew bis-sensiela ta’ riżultati posittivi meta għelbu lil Starlites Sports Experience 60-45 u kisbu s-sitt rebħa konsekuttiva tal-istaġun u r-raba’ waħda fil-kampjonat. Huma kienu mingħajr Greta Costa però kellhom lura lil Sarah Pace u Starlites kellhom nieqsa lil Justine Busuttil Gaerty. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat bi Starlites jieħdu vantaġġ żgħir bil-punti ta’ Maria Desira u Renea Phelps. Luxol wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta minn Steffi De Martino u Patricia Bright iżda Starlites reġgħu ġabu l-iskor indaqs 11-11. Luxol temmew il-perjodu 15-13 minn fuq u bdew it-tieni taqsima bi break ieħor ta’ 8-0 b’żewġ baskets kull waħda minn Becky Naudi u Bright. Ir-risposta ta’ Starlites kompliet tiġi minn Phelps u Desira iżda Luxol żiedu l-vantaġġ bi tlett baskets oħra. Starlites ukoll kellhom tlett baskets konsekuttivi biex fl-intervall, Luxol kienu seba’ minn fuq 31-24.

Fit-tielet taqsima l-punti naqsu xi ftit hekk kif kien hemm shooting żbaljat fuq iż-żewġ naħat. Għal Luxol kien hemm il-punti ta’ Bright u Mandi Mercieca però Marilou Cutajar u Samantha Tabone wieġbu għal Starlites biex id-distakk baqa’ l-istess fi tmiem it-taqsima 41-34. Luxol bdew ir-raba’ perjodu kif bdew it-tieni wieħed bi 8 punti mingħajr risposta b’Naudi tagħmel żewġ żewġ basketgs flimkien ma’ Mercieca u Bright. Basket ta’ Phelps waqqfilhom din ir-run iżda De Martino wieġbet bi trippla għal Luxol. Lejn it-tmien Starlites kellhom il-punti ta’ Desira iżda Luxol kienu fil-kontroll u rebħu l-partita 60-45.

Starlites Sports Experience: S. Galea, A. Grixti, S. Tabone 4, P. Montanaro, M. Desira 16, R. Phelps 17, L. Pirotta, N. Attard, S. Davies, M. Cutajar 8.

Caffè Moak Luxol: S.Pace, M. Mercieca 8, M. Caruana, B. Naudi 10, P. Ellul 4, K. Portelli, S. De Martino 14, K. Baldacchino 2, P. Bright 22, M. Darmanin, C. Curmi.

Referees: Steve Gouder, Stephen Micallef

Pavi Depiro 86

Phoenix Petrus Pizza Loyola 19
(21-1)(17-8)(16-6)(32-4)

Ic-champions Pavi Depiro irritornaw għar-rebħ fil-kampjonat meta kif mistenni kisbu rebħu faċli kontra Phoenix Petrus Pizza Loyola 86-19. Għal Depiro kien hemm id-debutt tal-Amerikana Nola Taylor li ħadet post Joncelyn Peterking u ġiet lura wkoll Tina De Martino iżda kienet nieqsa Beverlee Zammit. Wara bidu kemmxejn konfuż miż-żewġ naħat, Depiro bdew jieħdu l-partita f’idejhom mir-raba’ minuta ‘l quddiem meta bdew b’run ta’ 8-0 b’baskets minn Svetlana Micallef, Samantha Brincat u Gaby Mifsud. Gulia Muscat għamlet l-uniku punt ta’ Phoenix f’din is-sessjoni minn free-throw biex imbagħad Depiro komplew bi break ta’ 13-0. Maria Bonett bdiet b’sitt punti u warajha komplew Mifsud, Micallef, De Martino  u Antoinette Borg għal skor ta’ 21-1. Fit-tieni perjodu Phoenix kellhom break qasir ta’ 6-2 bil-punti ta’ Martha Gatt hekk kif għal Depiro wasal ukoll l-ewwel basket ta’ Taylor f’Malta. Depiro komplew b’aktar punti ta’ Taylor flimkien ma’ Martina Scicluna f’run oħra ta’ 15-0 biex Phoenix għalqu t-taqsima b’basket ta’ Maria Rita Agius biex fl-intervall Depiro kienu 38-9 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-punti bdew ġejjin bil-mod speċjalment fl-ewwel ħames minuti fejn kellna break qasir ta’ 7-1 minn Depiro. Wara żewġ baskets minn Phoenix minn Yanika Agius u Gatt, Depiro komplew bi trippla ta’ Mifsud fi break ta’ 9-0 għal skor ta’ 54-15. FL-aħħar perjodu Phoenix setgħu jagħmlu biss żewġ baskets minn Francesca Camilleri u Jessica Millo. Bejniethom Depiro kellhom run ta’ 12-0 b’aktar punti minn Bonett u Borg. Ic-champions imbagħad għalqu l-partita bl-aħħar break ta’ 20-0 bi trippla ta’ Brincat  u diversi punti ta’ Taylor biex rebħu l-partita 86-19.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 8, C. Camilleri, S. Brincat 12, M. Bonett 14, M. Scicluna 10, M. Mifsud, A. Borg 6, N. Taylor 20, N. Donoghue 2, S. Micallef 9, T. De Martino 5.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela, Y. Agius 4, M. Gatt 6, M.R. Agius 2, G. Muscat 1, F. Camilleri 4, J. Millo 2.

Referees: Steve Gouder, Jennifer Mangani

Hibs 37

Honey Athleta 57
(9-13)(14-18)(5-7)(9-19)

Honey Athleta għamluhom ħames rebħiet minn ħames partiti metaf’konfront minn naħa ta’ fuq tal-klassifika għelbu lil Hibs 57-37. Hibs bdew il-kampjonat bi tlett rebħiet konsekuttivi però din kienet it-tieni telfa konsekuttiva li ħadu wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom kienu tilfu kontra Luxol. Julia Scerri kienet nieqsa għall-Pawlisti iżda kellhom l-akkwist ta’ Beverie Sultana. Athleta bdew tajjeb bil-punti ta’ Lonnecke Cassar biex ħadu l-ewwel vantaġġ 5-1. Wara basket minn Joselle Borg Cadona għal Hibs, Athleta kellhom il-punti ta’ Ijeoma Ofomata u Chantelle Mifsud. Hibs wieġbu permezz ta’ Cyrstal Woodley u Cardona però Athleta temmew is-sessjoni 13-9 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Hibs bdew aħjar b’punti minn Woodley fosthom trippla ġabu l-iskor indaqs 16-16. Huma komplew bil-fażi posittiva tagħhom u baskets konsekuttivi minn Nadia Mifsud tawhom il-vantaġġ għall-ewwel darba 22-21. Athleta rkupraw fl-aħħar tlett minuti hekk kif għamlu break ta’ 10-1 bil-baskets ta’ Leanne Sciberras, Cassar, Ofomata u Mifsud biex daħlu jistrieħu 31-23 minn fuq.

Wara l-intervall, il-punti naqsu u fl-ewwel tlett minuti kien hemm biss tlett punti minn Hibs minn Alexis Cutajar u Woodley. Athleta kellhom jistennew sas-sitt minuta biex jagħmlu l-ewwel punti tagħhom u dawn ġew kollha wara xulxin minn Ofomata biex Cardona għalqet it-taqsima għal Hibs bl-Athleta baqgħu fuq quddiem 38-28. Fl-aħħar sessjoni Hibs bdew bi trippla ta’ Ema Micallef u għalkemm dehru li se jirkupraw, kellhom isofru run ta’ 11-0 minn Athleta bil-baskets ta’ Ofomata u Justine Xuereb. Woodley kellha żewġ baskets konsekuttivi però Athleta reġgħu għamlu break ta’ 8-0 b’żewġ baskets oħra ta’ Xuereb flimkien ma’ Sciberras u Ofomata biex serrħu rashom mir-riżultat u rebħu l-partita 57-37.

Hibs: E. Micallef 3, E. Cassar, J. Doughty, R. Scerri, N. Farrugia,  I. Agius, L. Micallef, A. Cutajar 3, N. Mifsud 6, C. Woodley 13,J. Borg Cardona 12, B. Sultana.

Honey Athleta: E. Moore, M.C. Cilia, J. Xuereb 8, L. Cassar 9, L. Sciberras 5, M. Azzopardi Duca, I. Ofamata 25, E. Vella, R. Sciberras, F. Farrugia 1, S.J. Barbara 1, C. Mifsud 8.

Referees: Stephen Micallef, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Honey Athleta

5

5

0

10

277

176

Caffe Moak Luxol

5

4

1

9

365

227

Hibs

5

3

2

8

287

285

Pavi Depiro

5

2

3

7

265

202

Starlites Sports Experience

5

1

4

6

249

240

Phoenix Petrus Pizza Loyola

5

0

5

5

117

430

 

Ritratti: MBA Facebook Page:  https://www.facebook.com/pages/Malta-Basketball-Association/113448038760683





Leave a comment