Caffè Moak Luxol viċin rimonta kontra Hibs

Monday, November 19, 2018, 18:51

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Depiro 57

Starlites GIG 68

(13-23)(17-13)(11-13)(16-19)

Depiro offrew sfida qawwija lit-team ta’ Starlites GIG fl-ewwel tlett sessjonijiet

Ritratt: Wally Galea

però fl-aħħar taqsima run ta’ 14-2 mill-players ta’ David Baudot aċċertathom mir-rebħa biex baqgħu mhux megħluba dan l-istaġun. Il-partita ħadet svolta lejn tmiem it-tielet sessjoni meta deċiżjoni tar-referee Malek Hraisha li dawwar azzjoni ta’ 24 sekonda f’basket fixklet lil players ta’ Depiro li tilfu wkoll lil coach fuq protesti. Il-kontroll tal-uffiċjali tal-partita xejn ma kien feliċi fejn ċertu deċiżjonijiet setgħu kienu ferm aħjar. Depiro kienu mingħajr Andrea Mifsud u Laura Camilleri fil-waqt li Starlites kellhom nieqsa lil Michela Zammit Cordina però kellhom id-debutt tal-player Ungeriża Fanni Sabok. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ meta fetħu bit-three pointers ta’ Kristy Galea u Patricia Arguello. Depiro wkoll kellhom trippla minn Gaby Mifsud u flimkien ma’ Steffi De Martino però Starlites kellhom lil Arguello tagħmel trippla oħra flimkien mal-punti ta’ Mikela Riolo u Maria Bonett biex temmew l-ewwel taqsima 23-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Depiro fetħu b’żewġ baskets minn Nicole Agius u Claudia Camilleri flimkien ma’ trippla ta’ Danielle Agius biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 22-26. Starlites kellhom risposta permezz ta’ Josephine Grima però Depiro baqgħu viċin bit-trippli ta’ Mifsud u De Martino għal skor ta’ 30-36.

Fit-tielet sessjoni Starlites kabbru l-vantaġġ għal disa’ punti wara baskets ta’ Bonett u u Galea. Depiro wieġbu permezz ta’ Denise Said Hollier, De Martino u Agius qabel ma waslet id-deċiżjoni ta’ Hraisha u Starlites temmew il-perjodu 49-41 minn fuq. Fl-aħħar taqsima, Starlites kienu superjuri hekk kif Depiro tilfu wkoll lill-Amerikana Ashley Gray b’injury fl-ewwel ftit sekondi. Hawn waslet ir-run deċisiva ta’ Starlites b’diversi punti minn Galea u Grima li rathom imorru 18 minn fuq 65-47. Depiro ppruvaw jagħmlu reazzjoni bil-baskets ta’ Claire Ciantar u trippla ta’ Nicole Agius però kienu ‘l bogħod wisq mill-avversarji u Starlites ħarġu rebbieħa 68-57.

Depiro: Ni. Agius 7, G. Mifsud 8, No. Agius, C. Camilleri 2, D. Agius 6, S. De Martino 22, D. Said Hollier 2, M. Scicluna, A. Gray 4, E. Cassar, C. Ciantar 6, N. Hili.

 

Starlites: M. Riolo 6, K. Galea 24, A. Micallef 2, S. Farrugia 2, M. Bonett 8, H. Acreman 1, F. Fabok 2, J. Grima 7, P. Arguello 14, M. Cutajar, S. Davies, A. Lupo 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Malek Hraisha, Brian Sly.

Caffè Moak Luxol 54

Hibernians 68

(10-20)(8-21)(23-10)(20-17)

Caffè Moak Luxol għal ftit ma rnexxielhomx iwettqu rimonta qawwija kontra c-champions Hibernians li raw vantaġġ ta’ 23 punt jispiċċa fix-xejn fl-aħħar sessjoni hekk kif għamlu l-iskor indaqs 60-60. Wieħed jistaqsi x’żamm lil Luxol milli juru l-istess wirja ta’ wara l-intervall fl-ewwel żewġ sessjonijiet. Hibs kienu mingħajr Sam Brincat u kienu huma li kellhom l-aħjar bidu bil-punti ta’ Leanne Duncan u trippla ta’ Ema Micallef. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Chantelle Mifsud u Alexis Dillard biex għamlu l-iskor indaqs 10-10 però dawn kienu l-aħħar punti tagħhom hekk kif Hibs kellhom 10 punti mingħajr risposta biex temmew it-taqsima 20-10 minn fuq. Hibs komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bl-ewwel seba’ punti fosthom trippla minn Sophie Abela. Luxol li f’din is-sessjoni kellhom biss punti minn Ina Baena, wieġbu b’ħames punti fosthom trippla però c-champions kellhom run oħra ta’ 13-0 b’diversi punti minn Amelia Simmons u Hannah Al Tumi biex sal-intervall dehru resqin lejn rebħa komda hekk kif kienu 41-18 minn fuq.

Luxol dehru li kellhom ħsibjiet oħra hekk kif huma fetħu t-tielet taqsima bi break ta’ 12-2 fosthom żewġ trippli minn Sarah Pace u Baena biex naqqsu d-distakk għal 13 –il punt 30-43. Hibs wieġbu permezz ta’ Simmons u Abela qabel ma Monique Caruana kisbet trippla oħra għal Luxol li kellhom ukoll il-punti tal-Amerikana Dillard u Pace biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 41-51. Fl-aħħar sessjoni. Luxol komplew jagħfsu u t-three pointers ta’ Caruana u Antoinette Borg ressquhom aktar viċin. Huma temmew ir-rimonta tagħhom bi trippla ta’ Caruana li għamlet l-iskor indaqs 60-60. Free-throws ta’ Elena Cassar reġgħu poġġew lil Hibs fuq quddiem u Luxol ma rnexxielhomx jieħdu l-vantaġġ fl-attakk ta’ wara u rrikorrew għal fouls biex iwaqqfu l-arloġġ però Hibs ma żbaljawx il-free-throws u ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 68-61.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 16, M. Caruana 13, N. Vella, I. Baena 12, No. Vella, K. Portelli, A. Borg 3, A. Dillard 9, L. Caruana Montaldo, M. Pollacco, C, Mifsud 8.

 

Hibs: E. Micallef 6, E. Cassar 4, K. Caruana, K. Calleja, I. Agius 2, J. Abela, S. Abela 12, A. Simmons 27, N. Farrugia, H. Al Tumi 7, R. Camilleri, L. Duncan 10.

Referees: Ivica Simic, Daniella Torok, Nicky Azzopardi





Leave a comment