Caffè Moak Luxol viċin it-titlu

Friday, April 18, 2014, 14:23

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA – PLAY-OFFS

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 61

Honey Athleta 39

(16-11)(13-4)(23-12)(16-27)

Caffe Moak Luxol huma rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-għaxar kampjonat fl-istorja tagħhom meta rebħu wkoll it-tieni partita tas-serje finali fuq Honey Athleta 68-54. Luxol li kellhom ukoll l-inklużjoni ta’ Sarah Pace għal din il-partita, dehru wisq superjuri għall-avversarji. Athleta jidhru li qiegħdin iħossu l-piż tal-ewwel esperjenza ta’ ħafna players f’finali ta’ rebħ ta’ kampjonat b’mod speċjali l-players kruċjali tagħhom. Kien biss lejn it-tmiem li Athleta ġabu l-iskor iktar rispettabli fejn fl-aħħar żewġ minuti Ijeoma Ofomata għamlet run personali ta’ 14-0. Wara li Athleta fetħu l-iskor b’basket minn Lonekke Cassar, Luxol wieġbu b’ żewġ three pointers minn Greta Costa u Steffi De Martino. Athleta baqgħu jżommu l-pass mal-avversarji bil-punti ta’ Ofomata fosthom trippla però Luxol kellhom il-punti kontinwi tal-Amerikana Patricia Bright biex temmew is-sessjoni 16-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta sabu diffikulta kbira biex jagħmlu l-punti tant li għamlu biss żewġ baskets fil-bidu u fit-tmiem tat-taqsima minn Cassar u Sammy Jo Barbara. Bejniethom iżda Luxol għamlu 13 –il punt b’ żewġ baskets kull waħda għal De Martino u l-captain Mandi Mercieca flimkien ma’ Bright biex Luxol daħlu jistrieħu 29-15 minn fuq.

Ritratt: Elena Pace Photography

Fit-tielet sessjoni r-reazzjoni tal-Athleta ma waslitx biex Luxol komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom fejn kellhom ukoll aktar three pointers minn De Martino u Costa fi break ta’ 13-4. Fis-seba’ minuta Luxol kellhom vantaġġ sabiħ ta’ 27 punt 48-21 wara aktar punti minn Bright. Athleta finalment irrispondew b’żewġ baskets ta’ Ofomata u Cassar biex Luxol temmew is-sessjoni 52-27 minn fuq.  L-aħħar taqsima fetħet b’żewġ baskets ta’ Ofomata bil-Luxol iwieġbu bi three pointers ta’ Paula Ellul u Becky Naudi. Il-coach  Sandro Farrugia għal darb’oħra daħħal il-players ta’ fuq il-bank u Athleta bdew inaqqsu d-distakk wara sensiela ta’ turnovers minn Luxol tant li Farrugia kien kostrett jagħjjat time-out. L-aħħar punti tal-partita ġew kollha minn Ofomata f’run ta’ 14-0 biex Luxol rebħu l-partita 68-54.

Caffè Moak Luxol:  S. Pace 2, M. Mercieca 4, M. Caruana, B. Naudi 7, P. Ellul 5, G. Costa 6, K. Portelli, S. De Martino 22, K. Baldacchino, P. Bright 22, M. Darmanin, C. Curmi.

Honey Athleta:E. Moore, M.C. Cilia, J. Xuereb, L. Cassar 6, L. Sciberras 4, D. Said Hollier, I. Ofamata 36, E. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia, S.J. Barbara 8, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Ritratt: Elena Pace Photography –  https://www.facebook.com/elenapacephotography -  https://www.facebook.com/media/set/?set=a.1415137062081497.1073741832.1401878946740642&type=1

Statistika…

Luxol

Free throws – 8 on 10

Baskets – 18 on 37

Three pointers – 8 on 14

Rebounds – 38

Assists – 17

Turnovers – 24

Steals – 9

Fouls Suffered – 11

Fouls Made – 9

Athleta

Free throws – 2 on 5

Baskets – 23 on 58

Three pointers – 2 on 5

Rebounds – 32

Assists – 9

Turnovers – 17

Steals – 17

Fouls Suffered – 9

Fouls Made – 11





Leave a comment