- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Caffè Moak Luxol u Starlites jikkonfermaw u jaslu fis-semifinali

Posted By sportinmalta1 On December 9, 2015 @ 5:48 pm In Basketball,Featured | No Comments

TAZZA LOUIS BORG NISA

minn Colin Schembri

Floriana 39

Starlites Naxxar 40

(10-18)(7-6)(14-6)(8-10)

Aggregate: 76-85

Floriana kienu viċin li jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun hekk kif kienu minn fuq sal-aħħar sekondi però basket ta’ Jean Doughty ta r-rebħa lil Starlites biex b’hekk huma kisbu t-tielet rebħa fuq l-istess avversarji. Floriana kellhom nieqsa lil Francesca Camilleri u Starlites kienu mingħajr Kirsty Galea u l-coach Sandro Farrugia li kienu mpenjati mat-team nazzjonali ta’ taħt is-sittax –il sena. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin. Starlites għaddew biex għamlu run ta’ 12-2 li bdewh bi trippla ta’ Lindsey Pirotta u komplew b’baskets minn Samantha Tabone, Kim Borg u Stephanie Davies biex temmew it-taqsima 18-10 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu ferm fejn wara li Floriana bdew bi trippla ta’ Guliana Torpiano, Starlites kellhom 3 punti oħra. L-aħħar punti ġew biss fl-aħħar ħinijiet tas-sessjoni u Starlites daħlu jistrieħu 24-17 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Floriana bdew aħjar u kellhom il-punti ta’ Abigail Sciberras biex naqqsu d-distakk. Wara punti minn Pirotta għal Starlites, Floriana kellhom 5 punti oħra minn Torpiano u Martha Gatt biex marru minn fuq 30-29. Fl-aħħar sessjoni Floriana żammew il-vantaġġ għal darbtejn però mbagħad Starlites kellhom 3 punti minn Danielle Agius u l-basket deċisiv ta’ Doughty biex rebħu l-partita 40-39. Fi tmiem il-partita Floriana ressqu protest dwar din il-partita li għad irid ikun uffiċjaliżżat mill-club Furjaniż u wara jinstema mill-MBA.

Floriana: Y.Agius, L. Pace 2, N. Arena, M. Gatt 12, A. Camilleri 4, V. Mifsud Tommasi, G. Torpiano 11, L. Haber, A. Sciberras 8, N. Hili 2.

Starlites Naxxar: D. Agius 6, K. Pirotta, J. Doughty 2, S. Tabone 7, A. Micallef, A. Demanuele 8, L. Pirotta 12, K. Vassallo, E. Magrin, S. Davies 3, K. Borg 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Stephen Micallef

Caffè Moak Luxol 72

Pavi Depiro 56

(12-12)(19-18)(24-9)(17-17)

Aggregate: 127-104

Caffè Moak wkoll ikkonfermaw ir-riżultat li kisbu fl-ewwel konfront kontra Pavi Depiro meta reġħhu ħarġu rebbieħa 72-56 u għaddew għas-semifinali. Depiro żammew it-tamiet ħajjin li jikkwalifikaw sal-intervall però fit-tielet sessjoni sofre run ta’ 16-4 biex Luxol serrħu rashom mil-kwalifikazzjoni. Depiro bdew bit-three pointers minn Gaby Mifsud u Samantha Brincat biex marru 10-6 minn fuq. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet mill-captain Mandi Mercieca li kisbet sitt punti konsekuttivi u sa’ tmem il-perjodu ġabu l-iskor indaqs 12-12. Fit-tieni perjodu, Luxol ħadu l-vantaġġ wara punti minn Sarah Pace, Joselle Borg Cardona u Mercieca. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Brincat u għal ħin twil kien hemm baskets fuq kull naħa biex l-ebda team ma rnexxielu jieħu xi vantaġġ kbir. Depiro marru minn fuq wara punti minn Justine Xuereb iżda baskets ta’ Paula Ellul u Cardona reġħhu poġġew lil Luxol fuq quddiem 31-30.

Fit-tielet taqsima Luxol fetħu bi break qawwi ta’ 16-4 fejn kellhom it-three pointers ta’ Nicole Agius u baskets minn Cardona u Steffi De Martino. Għal Dpeiro kien hemm il-punti minn Maria Bonett iżda Luxol komplew jinqatgħu fuq quddiem meta żiedu l-punti minn Pace, Mercieca u De Martino. Fl-aħħar taqsima, Depiro kellhom run ta’ 8-0 biex resqu viċin però pronta kienet ir-risposta mic-champions li għamlu break ta’ 9-0 b’żewġ three pointers minn Mercieca u Greta Costa. Mifsud ukoll kellha trippla għal Depiro però Luxol kienu ‘l bogħod u għalqu l-partita bl-aħħar żewġ baskets għal skor finali ta’ 72-56.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 12, B. Zammit, N. Agius 8, J. Borg Cardona 15, M. Mercieca 20, S. De Martino 8, P. Ellul 4, G. Costa 5, M. Darmanin, A. Calleja.

Pavi Depiro: A. Mifsud 1, G. Mifsud 11, S. Brincat 19, M. Bonett 5, C. Camilleri, T. Mifsud 3, P. Montanaro, J. Xuereb 2, S. Micallef, C. Ciantar 15.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/caffe-moak-luxol-u-starlites-jikkonfermaw-u-jaslu-fis-semifinali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.