Caffè Moak Luxol u Pavi Depiro fil-finali

Monday, November 2, 2015, 18:11

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD – NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 57

Hibs 48

(17-6)(6-18)(15-16)(19-8)

Ic-Champions Caffè Moak Luxol kellhom jistennew sal-aħħar sessjoni biex għelbu l-isfida ta’ Hibs li minkejja n-nuqqas ta’ Christina Grima offrew sfida qawwija. Luxol kellhom lil Sarah Pace f’ġurnata mill-aqwa speċjalment bi tlett three pointers konsekuttivi fl-aħħar taqsima. Luxol ma setgħux jibdew aħjar meta fetħu b’run ta’ 12-0 hekk kif bdew bi trippla minn Pace u l-baskets ta’ l-istess Pace flimkien ma’ Steffi De Martino u Paula Ellul. Hibs finalment wieġbu b’żewġ baskets minn Maria Said però Luxol kellhom trippla minn Beverlee Zammit u temmew l-ewwel sessjoni 17-6 minn fuq. Fl-ewwel ħinijiet tat-tieni taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex il-vantaġġ ta’ Luxol baqa ta’ disa’ punti 23-14. Hawn però Luxol wettqu xi turnovers biex Hibs approfittaw b’run ta’ 10-0 b’punti minn Elena Cassar, Hannah Al Tumi u Josephine Grima fost l-oħrajn biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 24-23.

Fit-tielet taqsima Luxol kellhom it-tieni trippla ta’ Pace flimkien mal-punti konsekuttivi minn Joselle Borg Cardona biex marru fuq quddiem 31-28. Hibs ma ċedewx u run oħra ta’ 8-0 minn Al Tumi, Cassar, Said u Grima tathom vantaġġ ta’ 5 punti 36-31. Kien imiss lil players ta’ Charles Bonnici jirrispondu bi break ta’ 7-0 b’żewġ baskets ta’ De Martino flimkien ma’ Mandi Mercieca u De Martino. Hibs għamlu l-aħħar erba’ punti tas-sessjoni għal skor ta’ 40-38 favurhom. Fl-aħħar sessjoni wasal il-mument brillanti ta’ Pace li bi tlett three pointers f’run ta’ 11-2 poġġiet lic-champions 50-44 minn fuq. Luxol komplew b’erba’ punti oħra qabel ma finalment Hibs setgħu jirrispondu minn Al Tumi. Dan il-basket ma żammx lil Luxol milli jikkontrollaw l-aħħar minuti hekk kif kisbu erba’ punti oħra u rebħu l-partita 57-48.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 27, B. Zammit 5, M. Mercieca 1, J. Borg Cardona 5, S. Abela,  S. De Martino 13, K. Portelli, C. Sollami, P. Ellul 5, N. Agius, M. Darmanin 1, C. Curmi.

Hibs: J. Scerri, E. Cassar 14, N. Vella, I. Agius 1, J. Grima 6, M. Said 13, K. P. Mifsud, N. Mifsud 2, H. Al Tumi 9, N. Farrugia 3, K. Tonna.

Referees: Emanuel Mangani, Christine Farrugia

Pavi Depiro 49

Gżira Athleta 48

 

(5-10)(16-11)(12-16)(14-11)

Fit-tieni semi-finali, punt wieħed kien biżżejjed għal Pavi Depiro kontra Gzira Athleta li minkejja r-riżultat finali kellhom wirja posittiva. Iż-żewġ timijiet kellhom prestazzjoni difensiva tajba madankollu Depiro ħallew diversi offensive rebounds lil Athleta għalkemm dan ma kienx biżżejjed għat-team imexxi minn Ruth Spiteri. Bidu kwiet ħafna ra lill-Athleta jmorru 4-0 minn fuq fl-ewwel sitt minuti. L-ewwel punti ta’ Depiro waslu minn Svetlana Micallef fis-seba ‘minuta. Athleta kellhom sitt punti oħra minn Sharon Vella, Antoinette Borg u Chantelle Mifsud. Fl-aħħar attakk tagħhom Depiro kellhom trippla minn Gaby Mifsud għal skor ta’ 10-5. Fit-tieni taqsima Depiro bdew aħjar u ġabu l-iskor indaqs wara baskets minn Sam Brincat u Claudia Camilleri. Għal darb’oħra, Athleta marru fuq quddiem wara trippla ta’ Borg 19-13. Depiro wieġbu b’mod qawwi meta għamlu break ta’ 10-0 b’diversi punti minn Claire Ciantar, Gaby u Martina Mifsud. Dan serva biex Depiro jiftħu vantaġġ ta’ 2 punti għall-intervall 23-21.

Fit-tielet sessjoni, Depiro bil-mod bdew iżidu l-vantaġġ tagħhom permezz ta’ Maria Bonett u Brincat. Athleta ġew lura bil-punti konsekuttivi minn Vella u t-tieni trippla ta’ Borg. Denise Said Hollier tathom il-vantaġġ mill-ġdid u s-sessjoni ntemmet bl-Athleta minn fuq 37-35. Anki l-aħħar taqsima kellha bidu bil-mod ħafna hekk kif l-ewwel punti ġew minn Ciantar u Bonett fir-raba’ minuta għal Depiro. Athleta wieġbu biex żammew 3 punti vantaġġ 42-38 fis-sitt minuta. Depiro kellhom sitt punti konsekuttivi bi trippla ta’ Brincat f’inqas minn minuta li poġġewhom fuq quddiem. Bonett għamlet erba’ punti oħra biex Depiro kienu 3 minn fuq fl-aħħar ftit sekondi. Athleta ma setgħux isibhu t-three pointer meħtieġ sabiex jagħmlu l-iskor indaqs u jisfurzaw il-ħin barrani meta Sharon Vella sofriet foul ġewwa ż-żona. Hija għamlet dawn iż-żewġ free-throws li kienu biżżejjed biex Depiro biex jiżguraw ir-rebħa 49-48.

Pavi Depiro: A. Mifsud, G. Mifsud 6, S. Brincat 10, M. Bonnett 18, C. Camilleri 3, T. Mifsud 2, P. Montanaro, S. Micallef 2, C. Ciantar 8.

Gżira Athleta: M. Debono, K. Busuttil , S. Pisani, L. Sciberras 4, D. Said Hollier 8, A. Borg 10, R. Sciberras, S. Vella 19, E. Pace, C. Mifsud 7.

Referees: Jennifer Mangani, Alfred Carbonaro.





Leave a comment