Caffè Moak Luxol u Hibernians jibdew bir-rebħ

Monday, October 13, 2014, 20:35

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD NISA

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 71

DHL Phoenix 22
(14-6)(16-6)(28-6)(13-4)

Caffè Moak Luxol bdew l-impenji tagħhom fil-logħob tal-MBA Shield b’rebħa faċli fuq DHL Phoenix 71-22. Il-partita damet xi ftit biex ingranat bit-team ta’ Phoenix għal tlett darbiet jieħdu vantaġġ ta’ basket fl-ewwel tlett minuti b’żewġ baskets ta’ Martha Gatt. Luxol damu sas-seba’ minuta biex reġgħu għamlu l-punti però huma għamlu run ta’ 10-0 biex temmew it-taqsima 14-6 minn fuq. Il-coach ta’ Luxol Sandro Farruga għamel ħafna tibdil fit-tieni taqsima però Luxol komlew fejn ħallew u żiedu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 12-0 b’baskets ta’ Beverlee Zammit u Christine Curmi fost l-oħrajn. L-ewwel basket ta’ Phoenix reġa’ wasal minn Gatt flimkien ma’ żewġ baskets ta’ Francesca Sant bil-Luxol jagħlqu b’basket minn Steffi De Martino għal skor ta’ 30-12.

It-tielet perjodu fetaħ bi tlett baskets oħra minn Luxol u basket ieħor ta’ Adriana Demanuele għal Phoenix. Hawn Luxol kellhom run oħra ta’ 20-0 b’diversi punti minn De Martino, Joselle Borg Cardonau l-Amerikana Laekitha Alston. Phoenix wieġbu b’żewġ baskets u s-sessjoni ntemmet bil-Luxol minn fuq 58-18. Il-punti naqsu fl-aħħar taqsima bil-Luxol jibdew b’erba’ baskets u Phoenix jirrispondu permezz ta’ Gatt u Danica Vella Dingli. L-aħħar punti tal-partita ġew minn trippla ta’ Kay Portellu basket ta’ Ina Medina biex Luxol rebħu l-partita 71-22.

Caffè Moak Luxol: M. Caruana 2, B. Zammit 8, O. Visser, I. Medina 7, C. Sollami 2,  S. De Martino 12, K. Portelli 3, J. Borg Cardona 8, P. Ellul 8, L. Alston 12, M. Darmanin 4, C. Curmi 5.

DHL Phoenix: Y. Agius 2, L. Pace, M. Gatt 10, M. R. Agius, F. Sant 4, D. Vella Dingli 2, J. Millo, F. Camilleri, A. Demanuele 4.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

Honey Athleta 50

Hibs 56
(13-19)(10-11)(17-10)(10-16)

Fl-isbaħ partita tal-ġurnata Hibs għelbu lil Honey Athleta 56-50 u kif juri l-iskor il-partita kienet kumbattuta. Għall- Athleta kien hemm id-debutt tal-Amerikana Amelia Simmons iżda l-akkwisti l-ġodda Natasha Attard u Lindsey Pirotta ma setgħux jiġu mniżżla għal din il-partita. Hibs bħal ma ġara fit-tournament tal-ħamsin anniversaju bbażaw il-logħob tagħhom fuq il-klassi ta’ Christina Grima li kienet megħjuna minn sħaba speċjalment Elena Cassar u Justine Xuereb taħt il-boards u l-grinta tat-Taljana Silvia Gambino. Fl-ewwel sessjoni l-Amerikana Simmons u Lonneke Cassar bdew jagħmlu l-punti tal- Athleta però Hibs bdew iwieġbu bi three pointers ta’ Grima u Ema Micallef. Basket minn Gambino għalaq it-taqsima bil-Hibs sitt punti minn fuq 19-13. It-tieni taqsima bdiet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex id-distakk baqa’ l-istess 23-17. Wara basket ieħor minn Cassar, Hibs żiedu l-vantaġġ bi break ta’ 7-0 li għalquh bi trippla ta’ Gambino . L-aħħar żewġ baskets waslu minn Simmons biex fl-intervall Hibs kienu 30-23 minn fuq.

Wara l-intervall kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu bil-baskets ta’ Sammy Jo Barbara u Simmons u sa’ nofs it-taqsima marru minn fuq 32-31. Hibs wieġbu permezz ta’ Cassar, Grima u Julia Scerri iżda Athleta rrispondew kontinwament u l-perjodu ntemm f’parita 40-40. Hibs reġgħu ħadu l-vantaġġ fir-raba’ taqsima hekk kif Gambino spiċċat fouled out u kienet Grima li reġgħat ħadet it-team f’idejha. Sas-sitt minuta, Hibs kienu għadhom punt minn fuq 50-49 u komplew iżidu l-vantaġġ permezz ta’ Grima u Xuereb u rebħu l-partita 56-50.

Honey Athleta: E. Moore 4, S. Vella, L. Cassar 7, L. Sciberras 2, M. Azzopardi Duca, D. Said Hollier, A. Simmons 31, R. Sciberras, F. Farrugia, SJ. Barbara 6, C. Mifsud.

Hibs: E. Micallef 9, E. Cassar 4, J. Doughty, F. Mifsud, J. Xuereb 4, J. Scerri 6, C. Grima 26, K. Portainer Mifsud, N. Mifsud, I. Agius, N. Farrugia, S. Gambino 7.

Referees: Bernard Vassallo, Luke Camilleri.





Leave a comment