Caffè Moak Luxol jilħqu lil Honey Athleta

Tuesday, January 28, 2014, 16:21

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA

minn Colin Schembri

Hibs 78

Phoenix Petrus Pizza Loyola 36
(17-6)(16-15)(24-4)(21-11)

Hibs irritornaw għar-rebħ fil-kampjonat wara li għelbu lil Phoenix Petrus Pizza Loyola 78-36. Huma kellhom lil Lucienne Bezzina fuq il-bank bħala coach fil-waqt li Phoenix kellhom ritorn ta’ diversi players fosthom Nicola Said u Guliana Torpiano u ppreżentaw skwarda ta’ 12 –il player. Phoenix marru 4-2 minn fuq wara żewġ baskets ta’ Francesca Farrugia. Hawn Hibs għamlu run ta’ 9-0 b’baskets minn Jean Doughty u Elena Cassar. Torpiano kellha basket ieħor għal Phoenix qabel ma Hibs għamlu sitt punti oħra u temmew it-taqsima 17-6 minn fuq. Fit-tieni perjodu, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’Torpiano tagħmel trippla għal Phoenix. Hibs kellhom il-punti ta’ Joselle Borg Cardona flimkien ma’ Cassar u Crystal Woodley u daħlu jistrieħu 33-21 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Hibs kienu dominanti u ħallew lil Phoenix b’żewġ baskets biss. Bejniethom huma kellhom runs ta’ 13-0 u 9-0 bil-punti ta’ Woodley flimkien ma’ Nadia Mifsud, Emma Micallef u Cassar. Doughty kellha trippla flimkien ma’ baskets minn Julia Scerri u Woodley biex Hibs temmew is-sessjoni 55-25 minn fuq. Fl-aħħar perjodu kien hemm tlett baskets fuq kull naħa qabel ma Hibs kellhom run oħra ta’ 10-0 li bdewha b’basket ta’ Scerri flimkien ma’ Woodley, Micallef u Iona Agius. Hibs għalqu l-partita bi trippla ta’ Naomi Farrugia biex kull player niżlet isimha fost l-iskorers u rebħu l-partita 78-36.

Hibs: E. Micallef 7, E. Cassar 10, J. Doughty 11, N. Farrugia 3,  I. Agius 4, J. Scerri 6, L. Micallef 2, N. Mifsud 8, C. Woodley 21,J. Borg Cardona 6.

Phoenix Petrus Pizza Loyola: M. Abela, L. Pace, Y. Agius 4, M. Gatt 8, M.R. Agius, N. Said 3, N. Said 2,  G. Muscat, G. Torpiano 11, F. Camilleri 6, J. Millo 2, M. Bajada 2.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Brian Sly.

Starlites Naxxar BC 54

Pavi Depiro 61

(16-12)(14-17)(13-15)(11-17)

Ic-champions Pavi Depiro kisbu rebħa oħra din id-darba kontra Starlites Naxxar BC 54-61. Starlites offrew oppożizzjoni denja kontra c-champions li kienu għadhom ġejjin mir-rebħ tal-MBA Shield ġimgħa qabel. Din il-partita rat id-debutt ta’ Andrea Mifsud ma’ Starlites propju kontra l-ex team tagħha wara li ġiet mislufa. Depiro kellhom kellhom ir-ritorn ta’ Emma Grech però kienet nieqsa Svetlana Micallef. Depiro għamlu l-ewwel basket minn Nola Taylor però Starlites kellhom ir-risposta bil-punti ta’ Samantha Tabone, Lindsey Pirotta u Renea Phelps. Depiro wieġbu permezz ta’ Samantha Brincat però Starlites baqgħu fuq quddiem grazzi għall-aktar punti minn Phelps u trippla ta’ Pirotta. Brincat kellha żewġ trippli għal Depiro però Starlites baqgħu minn fuq fi tmiem is-sessjoni 16-12. Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima Depiro marru minn fuq wara baskets minn Maria Bonett u Taylor. Starlites wieġbu b’sitt punti oħra ninn Maria Desira u Phelps qabel ma Depiro kellhom basket minn Martina Scicluna. Għal darb’oħra Starlites żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Justine Busuttil Gaerty u fis-sitt minuta kienu 8 minn fuq 28-20. Hawn Depiro kellhom run ta’ 9-2 bi tlett baskets tal-Amerikana Taylor u trippla ta’ Beverlee Zammit biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal punt 29-30.

Fit-tielet taqsima l-punti ġew bil-mod speċjalment fl-ewwel ħinijiet u wara basket minn Desira għal Starlites u kien fir-raba’ minuta li Depiro kisbu l-ewwel basket tagħhom bi trippla ta’ Antoinette Borg biex ġabu l-iskor indaqs 32-32, Minn hemm ‘l quddiem il-punti żdiedu u minkejja li Zammit għamlet trippla oħra, Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ għal darbtejn. Fl-aħħar sekondi tal-perjodu, Zammit għamlet it-three pointer tagħha li poġġa lil Depiro minn fuq 44-43. Fl-aħħar taqsima c-champions ħarġu l-aqwa tagħhom hekk kif trippla ta’ Gaby Mifsud bdietilhom run ta’ 13-2 fejn kellhom ukoll il-punti ta’ Taylor, Bonett u Brincat. Starlites ppruvaw l-aħħar sforz iżda għamlu biss ħames punti mingħajr risposta biex Depiro li rebħu l-partita 61-54.

Starlites Naxxar BC: A. Mifsud 2, J. Busuttil Gaerty 3, A. Grixti, S. Tabone 2, P. Montanaro, M. Desira 10, R. Phelps 21, L. Pirotta 15, K. Pirotta, S. Galea, S. Davies, M. Cutajar 1.

Pavi Depiro: N. Agius, G. Mifsud 5, E. Grech, S. Brincat 14, M. Bonett 4, M. Scicluna 4, M. Mifsud, A. Borg 5, N. Taylor 20, N. Donoghue, T. De Martino, B. Zammit 9.

Referees: Stephen Micallef, Teemu Helenius.

Caffè Moak Luxol 67

Honey Athleta 40
(13-13)(15-14)(23-10)(16-3)

Fil-partita ta’ ras il-klassifika, Caffè Moak Luxol għelbu lil

Steffi De Martino (Luxol)

Honey Athleta 67-40 biex b’hekk pattew għall-uniku telfa li kellhom fil-kampjonat u bis-saħħa tad-differenza fil-baskets telgħu fl-ewwel post. Athleta donnhom tilfu xi ftit ir-ritmu li bdew bih l-istaġun hekk kif tilfu tlieta mill-aħħar ħames partiti li lagħbu. Huma għadhom mingħajr Emma Moore fil-waqt li kienet nieqsa wkoll Marie Claire Cilia u Ijeoma Ofomata ma bdietx il-partita. Luxol kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Kif mistenni ż-żewġ timijiet bdew il-partita viċin xulxin hekk kif Athleta kellhom il-punti ta’ Francesca Farrugia fil-waqt li Luxol kellhom punti minn Mandi Mercieca, Patricia Bright u Greta Costa fost l-oħrajn. Athleta kellhom it-trippla ta’ Leanne Sciberras biex marru 4 minn fuq 13-9 però l-aħħar żewġ baskets ġew minn Luxol biex is-sessjoni ntemmet f’parita 13-13. Luxol ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni fejn kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Bright u Mercieca flimkien ma’ basket ta’ Becky Naudi. Athleta reġgħu marru minn fuq wara basket ta’ Ofomata però basket minn Costa u trippla ta’ Monique Caruana raw lil Luxol jidħlu jistrieħu punt minn fuq 28-27.

It-tielet taqsima bdiet bil-punti tal-Luxol minn Bright u Steffi De Martino. Ofomata wieġbet għall-Athleta però Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 7-0 bit-tieni trippla ta’ Caruana. Athleta kellhom ukoll il-punti ta’ Ofomata u Justine Xuereb pero Luxol komplew iżidu d-distakk b’run oħra ta’ 8-2 bi trippla ta’ De Martino u punti minn Mercieca u Costa għal skor ta’ 51-37. Fl-aħħar sessjoni wara li Athleta bdew b’basket minn Ofomata, Luxol hadu l-partita f’idejhom kompletament u għamlu break ta’ 12-0 b’punti kontinwi minn Bright u De Martino biex fetħu vantaġġ ta’ 26 punt u serrħu rashom mir-rebħa finali fuq skor ta’ 67-40.

Caffè Moak Luxol: K. Baldacchino , M. Mercieca 6, I. Medina, B. Naudi 2, P. Ellul 2, G. Costa 13, K. Portelli, S. De Martino 14, M. Caruana 8, P. Bright 22, M. Darmanin, C. Curmi.

Honey Athleta: D. Said Hollier, R. Sciberras, J. Xuereb 2, L. Cassar 3, L. Sciberras 9, M. Azzopardi Duca, I. Ofamata 9, S. Vella, A. Demanuele, F. Farrugia 8, S.J. Barbara 6, C. Mifsud 3.

Referees: Clive Terribile, Teemu Helenius

 

Klassifika Kampjonat St. James Hospital Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Caffe Moak Luxol

6

5

1

11

432

267

Honey Athleta

6

5

1

11

317

216

Hibs

6

4

2

10

365

321

Pavi Depiro

6

3

3

9

326

256

Starlites Sports Experience

6

1

5

7

303

301

Phoenix Petrus Pizza Loyola

6

0

6

6

153

508





Leave a comment