Caffè Moak Luxol jiksbu t-tieni rebħa fil-finali

Friday, April 17, 2015, 0:03

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL NISA – FINALI 

minn Colin Schembri

Caffè Moak Luxol 67

Honey Athleta 60

(19-10)(8-17)(18-18)(22-15)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa fis-serje finali tal-kampjonat St. James Hospital kontra Honey Athleta 67-60 biex issa jonqoshom rebħa biex iżommu t-titlu ta’ champions tal-basketball femminili. Luxol kellhom bidu tajjeb però sofrew ir-rimonta tal-Athleta fit-tieni perjodu. Athleta offrew sfida aktar qawwija mill-ewwel partita però hekk kif marru minn fuq fit-tmien minuta tal-aħħar sessjoni sofrew reazzjoni qawwija minn Luxol li baqgħu sejrin biex rebħu l-partita. Wara li Athleta kienu minn fuq 4-2 fl-ewwel żewġ minuti tal-partita, Luxol kellhom tmien punti konsekuttivi bi trippli minn Beverlee Zammit u Steffi De Martino. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Antoinette Borg però Luxol kellhom run oħra ta’ 9-2 b’punti minn Sarah Pace, Laekitha Alston u Joselle Borg Cardona biex temmew is-sessjoni 19-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol fetħu b’basket ieħor ta’ Alston. Hawn Athleta kellhom break ta’ 10-0 b’żewġ baskets ta’ Leanne Sciberras flimkien ma’ Emma Moore u Sammy Jo Barbara. Luxol waqqfuhom bi trippla ta’ De Martino però Athleta komplew b’run oħra ta’ 7-0 biex marru minn fuq. Luxol għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Pace biex fl-intervall kien hemm parita 27-27.

Luxol fetħu t-tielet taqsima b’żewġ baskets ta’ Alston u Paula Ellul. Ir-risposta tal- Athleta ġiet bi break ta’ 8-2 bil-punti ta’ Amelia Simmons, Borg u Sciberras biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Simmons kompliet bil-punti tagħha biex il-vantaġġ tal- Athleta kiber għal erba’ punti 43-39 fid-disa’ minuta. Luxol kellhom run oħra ta’ 6-0 biex għal darb’oħra kellna parita 45-45. Fl-aħħar sessjoni l-coach ta’ Luxol ħalla liż-żagħżugħa Oceane Visser fuq il-court li għamlet xogħol tajjeb speċjalment fid-difiża. Luxol marru minn fuq wara trippla ta’ De Martino però Sciberras wieġbet b’żewġ trippli għall-Athleta biex reġgħu marru 3 minn fuq 53-50. Hawn Luxol għamlu run oħra ta’ 9-2 b’aktar punti minn De Martino, Pace u Alston però azzjoni ta’ tlett punti minn Sammy Jo Barbara poġġiet lil Athleta 60-59 minn fuq bi ftit aktar minn żewġ minuti fuq l-arloġġ. L-Amerikana Alston bdiet ir-run finali ta’ 8-0 minn Luxol fejn hi flimkien ma’ Pace għamlu l-aħħar punti għac-champions biex kisbu t-tieni rebħa fil-finali u jinsabu pass il-bogħod mir-rebħ tal-ħdax –il kampjonat fl-istorja tagħhom.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 15, B. Zammit 5, M. Caruana, I. Baena, S. Tabone, S. De Martino 24, O.Visser, J. Borg Cardona 7, P. Ellul 2, L. Alston 14, M. Darmanin, C. Curmi.

Honey Athleta: E. Moore 10, L. Pirotta, S. Vella, L. Sciberras 18, A. Borg 8, D. Said Hollier, A. Simmons 18, R. Sciberras, S.J. Barbara 6, C. Mifsud.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Brian Sly.

Statistika…

Luxol

Free throws – 10 on 12

Baskets – 21 on 48

Three pointers – 5 on 18

Rebounds – 34

Assists – 6

Turnovers – 11

Steals – 10

Fouls Suffered – 11

Fouls Made – 12

Athleta

Free throws – 9 on 12

Baskets – 21 on 43

Three pointers – 3 on 12

Rebounds – 37

Assists – 5

Turnovers – 20

Steals – 5

Fouls Suffered – 12

Fouls Made – 11





Leave a comment